MESA – Maltapost jirbħu l-Kampjonat tat-2 Diviżjoni u magħhom jitilgħu Università

Saturday, March 24, 2012, 13:02

minn Mario Saliba

Maltapost irritornaw fl-oghla divizjoni tal-Kampjonat tal-Football tal-MESA wara nuqqas ta’ diversi snin meta kif mistenni kisbu r-rebha li kienu jinhtiegu meta ghelbu lil MRRA (Agrikoltura) 6-3 fl-ahhar loghba taghhom biex spiccaw fl-ewwel post tal-klassifika. Maghhom gew promossi l-Universita’, li ghamlu cert mill-promozzjoni wara li Pulizija B fallew li jeghlbu lil HSBC u jisfurzaw decider ghat-tieni post fil-klassifika. Fil-fatt, Pulizija B tilfu 4-3 biex intlahqu mill-istess HSBC fit-tielet post tal-klassifika u ppermettew lil Universita’ biex jiksbu l-promozzjoni ghall-Ewwel Divizjoni ghall-ewwel darba kemm ilhom jiehdu sehem f’dan il-Kampjonat. Dawn iz-zewg loghbiet gabu fi tmiem il-loghob kollu tat-Tieni Divizjoni, ghalkemm ghad trid tintlaghab Relegation Decider bejn SVPR u MRRA (Agrik) biex tiddeciedi min se jaqa’ fit-Tielet Divizjoni flimkien ma’ Air Malta.

Intlaghbet ukoll matul din il-gimgha l-ahhar loghba mit-Tielet Divizjoni, fejn kontra kull mistenni KMS sfaw meghluba 5-2 minn Civil Protection. Minkejja din it-telfa, pero’, KMS xorta wahda kisbu l-promozzjoni ghat-Tieni Divizjoni fl-ewwel sena taghhom fil-Kampjonat meta zammew it-tieni post fil-klassifika bi 12-il punt – sitta anqas minn VAT Dept li rebhu l-Kampjonat ta’ din id-Divizjoni b’punti massimi.

Jonqos ghaldaqstant tintlaghab loghba wahda biss tal-Kampjonat, dik ta’ l-Ewwel Divizjoni bejn Education u CCF, li se tintlaghab il-gimgha d-diehla, biex b’hekk jintemm il-loghob kollu tal-Kampjonat. Education, li huma l-ex champions, iridu punt minn din il-loghba biex jispiccaw fit-tieni post, wara c-champions il-godda BOV.

Il-programm kollu ta’ loghob ghall-gimgha d-diehla huwa dan:

It-Tlieta, 27 ta’ Marzu

2.00 p.m. KO I Rd: MRRA (Agrik) v Govt Property

3.00 p.m. KO I Rd: Maltapost v LGA

L-Erbgha, 28 ta’ Marzu

2.00 p.m. KO I Rd: SVPR v KMS

3.00 p.m. KO I Rd: MRRA (Rizorsi) v Universita’

Il-Hamis, 29 ta’ Marzu

2.00 p.m. KO I Rd: Transport Malta v HSBC

3.00 p.m. KO I Rd: Civil Protection v Heritage Malta

Il-Gimgha, 30 ta’ Marzu

3.00 p.m. I Div.: Education v CCF





Leave a comment