MESA – In-Knock-Out tal-Futbol jibda l-gimgha d-dieħla

Wednesday, April 20, 2011, 16:39

MALTA EMPLOYEES SPORTS ASSOCIATION

Filwaqt li matul din il-ġimgħa qed jintlagħbu l-aħħar logħbiet mill-Kampjonat tal-Football, il-ġimgħa d-dieħla se jingħata bidu għall-kompetizzjoni tan-Knock-Out tal-Football meta jintlagħab ir-Round Preliminari bi programm ta’ tmien logħbiet li jinvolvi lit-teamijiet kollha tat-II u t-III Diviżjoni flimkien ma’ l-aħħar żewġ teamijiet fl-I Diviżjoni.
 
Fuq talba li saret mis-Central Bank saret bidla żgħira fil-fixtures tan-Knock-Out minn dawk li ġew ippubblikati, minħabba li Central Bank talbu biex ma jilgħabux it-Tnejn, 25 ta’ April, l-għada ta’ l-Għid, għax dakinhar se tkun Bank Holiday u ma jidħlux għax-xogħol. It-talba tagħhom intlaqgħet u l-logħba tagħhom kontra MRRA (Riżorsi) se tintlagħab l-għada t-Tlieta, 26 ta’ April filwaqt li l-logħba SVPR v MRRA (Agrik) se tintlagħab it-Tnejn, 25 ta’ April flok l-għada t-Tlieta.
 
Għaldaqstant, il-logħob mir-Round Preliminari tan-Knock-Out se jintlagħab hekk:
 
It-Tnejn, 25 ta’ April
2.00 p.m. MEPA v Govt Property Department
3.00 p.m. SVPR v MRRA (Agrik)
 
It-Tlieta, 26 ta’ April
2.00 p.m. Pulizija B v Customs
3.00 p.m. MRRA (Riżorsi) v Central Bank
 
L-Erbgħa, 27 ta’ April
2.00 p.m. HSBC v Civil Protection
3.00 p.m. WSC v Universita’
 
Il-Ħamis, 28 ta’ April
2.00 p.m. Air Malta v Govt Printing Press
3.00 p.m. Enemalta v Maltapost
 
Infakkru li f’każ li xi logħba tintemm fi draw, jingħataw il-penalties mill-ewwel.
 
Il-poloz ta’ l-I Round u r-rounds l-oħra tan-Knock-Out se jiġu mtella nhar il-Erbgħa, 27 ta’ April fit-3.00 p.m. fil-ground tal-Pieta’ Hotspurs. Id-delegati tat-teamijiet huma mħeġġa jattendu sabiex jassistu għat-tlugħ ta’ dawn il-poloz.





Leave a comment