MESA – Enemalta punt bogħod mill-promozzjoni

Monday, March 14, 2011, 19:56

Enemalta għamlu kważi ċert mill-promozzjoni għall-I Diviżjoni meta kisbu rebħa konvinċenti ta’ 11-5 fuq l-eqreb rivali tagħhom fil-klassifika tat-II Diviżjoni, jiġifieri Government Printing Press, b’dawn ta’ l-aħħar b’hekk isofru l-ewwel telfa ta’ l-istaġun. B’din ir-rebħa, Enemalta qed igawdu vantaġġ ta’ sitt punti fuq iż-żewġ teamijiet li qed jaqsmu t-tielet post fil-klassifika u li t-tnejn li huma jonqoshom żewġ logħbiet għat-tmiem, jiġifieri Air Malta u SVPR.

Inċidentalment dawn iż-żewġ teamijiet kienu fl-azzjoni wkoll matul din il-ġimgħa u rebħu l-konfronti tagħhom biex telgħu jaqsmu t-tielet post, żewġ punti taħt Government Printing Press, li jinsabu fit-tieni post.

Fl-unika logħba mill-Kampjonat ta’ l-I Diviżjoni li ntlagħbet din il-ġimgħa, Central Bank kisbu l-ewwel rebħa tagħhom meta għelbu lil HSBC 6-3 u ħallewhom bla rebħa fl-aħħar post tal-klassifika. Iż-żewġ logħbiet l-oħra mill-Kampjonat ta’ l-I Diviżjoni kellhom jiġu posposti u issa jintlagħbu aktar ‘il quddiem.

Ir-riżultati tal-logħob li ntlagħab matul din il-ġimgħa kienu dawn:

 I Diviżjoni

AFM A v AFM B                                pp

Malta Freeport v Education             pp

Central Bank v HSBC                       6-3

 II Diviżjoni

Customs v Air Malta                         1-9

Govt Printing Press v Enemalta      5-11

SVPR v Pulizija B                             3-2

Ir-riżultati u l-klassifiċi kollha aġġornati qed jintbagħtu ma’ din iċ-Ċirkolari.

 Il-logħob issa għandu jkompli l-ġimgħa d-dieħla b’dan il-programm:

 It-Tlieta, 15 ta’ Marzu

2.00 p.m. II Div.: MEPA v MRRA (Riżorsi)

3.00 p.m. I Div.: BOV v AFM B

 L-Erbgħa, 16 ta’ Marzu

2.00 p.m. II Div.: Customs v Enemalta

3.00 p.m. II Div.: Universita’ v WSC

 Il-Ħamis, 17 ta’ Marzu

2.00 p.m. I Div.: AFM A v Pulizija A

3.00 p.m. I Div.: CCF v AFM C





Leave a comment