MESA – Education ikomplu bil-pass fil-kampjonat tal-Football

Friday, February 25, 2011, 14:55

Education qabżu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika tal-kampjonat ta’ l-I Diviżjoni wara li kisbu rebħa oħra konvinċenti ta’ 9-3 fuq it-team tal-Pulizija A, mentri BOV kellhom il-logħba tagħhom kontra AFM C posposta minħabba li l-membri tal-Forzi Armati bħalissa jinsabu fuq stop leave għal raġunijiet ta’ sigurta’ minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja.

F’logħba oħra ta’ l-I Diviżjoni, CCF komplew telgħin ‘il fuq fil-klassifika u issa jinsabu fit-tielet post wara rebħa ta’ 6-2 fuq Central Bank.

Fit-II Diviżjoni Pulizija B telgħu fit-tielet post tal-klassifika wara rebħa ta’ 2-1 fuq Air Malta, filwaqt li MEPA kisbu l-ewwel rebħa meta għelbu lil Customs 5-4. Fil-logħba l-oħra mit-II Diviżjoni WSC inqalgħu mill-aħħar postijiet b’rebħa ta’ 7-3 fuq MRRA (Riżorsi).

Ir-riżultati tal-logħob li sar din il-ġimgħa huwa dan:

I Diviżjoni

Pulizija A v Education                                   3-9

BOV v AFM C                                               posposta

CCF v Central Bank                                       6-2

 II Diviżjoni

WSC v MRRA (Riżorsi)                              7-3

Customs v MEPA                                         4-5

Pulizija B v Air Malta                                  2-1

Il-Kampjonat ikompli l-ġimgħa d-dieħla b’dan il-programm:

It-Tlieta, 1 ta’ Marzu

2.00 p.m. III Div.: MRRA (Agrik) v Govt Property Dept

3.00 p.m. II Div.: SVPR v WSC

L-Erbgħa, 2 ta’ Marzu

2.00 p.m. II Div.: MEPA v Govt Printing Press

3.00 p.m. II Div.: Universita’ v MRRA (Riżorsi)

Il-Ħamis, 3 ta’ Marzu

2.00 p.m. I Div.: Malta Freeport v HSBC

3.00 p.m. III Div.: Civil Protection v Maltapost

Ta’ min jinnota li hemm bidla żgħira f’dawn il-fixtures, fejn il-logħba Malta Freeport v HSBC se tintlagħab flok il-logħba MRRA (Agrik) v Govt Property Dept u viċi-versa għal raġunijiet ġustifikati.





Leave a comment