MESA – Bidu tal-kampjonat tal-futbol

Monday, November 21, 2011, 10:47

Il-ġimgħa l-oħra tajna bidu għall-Kampjonat tal-Football tal-MESA bi programm ta’ sitt logħbiet, li minnhom pero’ waħda ma ntlagħbitx – dik mill-Kampjonat ta’ l-I Diviżjoni bejn Malta Freeport u Government Printing Press u għalhekk għandha tiġi diskussa mill-Kumitat Eżekuttiv tal-MESA biex tittieħed deċiżjoni dwarha. Inċidentalment anke l-logħba l-oħra mill-Kampjonat ta’ l-I Diviżjoni bejn Education u AFM se tiġi diskussa mill-Kumitat Eżekuttiv wara li sar protest dwarha.

Ir-riżultati tal-logħbiet tal-ġimgħa l-oħra kienu dawn:

I Diviżjoni

Education v AFM                                            4-4

Malta Freeport v Govt PP                            (ma ntlagħbitx)

II Diviżjoni

Customs v MRRA (Agrik)                               4-2

Maltapost v Air Malta                                    13-2

III Diviżjoni

Heritage Malta v LGA                                     1-1

Govt Property Dept v Civil Protection           6-5

Il-Kampjonat issa għandu jkompli din il-ġimgħa fejn se jintlagħbu dawn il-logħbiet:

It-Tlieta, 22 ta’ Novembru

2.00 p.m. I Div.: Enemalta v Pulizija A

(Il-logħba tat-3.00 p.m. bejn BOV u CCF ġiet posposta minħabba li miet uffiċjal tas-CCF u l-funeral se jsir għada t-Tlieta fis-2.00 p.m.)

L-Erbgħa, 23 ta’ Novembru

2.00 p.m. II Div.: HSBC v MRRA (Riżorsi)

3.00 p.m. II Div.: SVPR v Universita’

Il-Ħamis, 24 ta’ Novembru

2.00 p.m. III Div.: KMS v LGA

3.00 p.m. III Div.: Transport Malta v Civil Protection

Infakkru li l-logħob kollu qed jintlagħab fil-ground tal-football li jitmexxa mill-club ta’ Msida St Joseph.





Leave a comment