Members Association Cup

Monday, May 28, 2012, 19:05


Il-Malta Football Association tavża li għat-tieni sena konsekuttiva, l-Istanding Committee tal-Members Associations, se jerġa’ jorganizza t-tournament ‘Members Association Cup’, għall-imsieħba kollha.

It-tournament tal-istaġun li għadda kien suċċess kbir tant li fih ħadu sehem ħames assoċjazzjonijiet u kien intrebaħ minn ISA Industries Soccer Competition meta fil-finali għelbu lil GIDA Għar Id-Dud Association.

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena se jerġgħu jieħdu sehem ħames għaqdiet li huma; ISA, GIDA, SWAN, MESA u l-MFCA, li se jkunu qed jieħdu sehem għall-ewwel darba. Il-MAFA u l-GFA mhux se jieħdu sehem peress li għandhom impenji oħra.

L-MFA se tħallas l-ispejjeż kollha ta’ dan it-tournament li jinkludu l-grawnds, ir-referees, it-trofej u l-midalji tal-finalisti.

Il-poloz li ttellgħu fl-aħħar laqgħa tal-Istanding Committee Members Associations kienu:

1 ta’ Ġunju 2012: Rawnd Preliminari: 18.15, GIDA vs MESA (Melita FC Ground)

4 ta’ Ġunju 2012: Semi-Finali: 18.30, SWAN vs ISA (Centenary Stadium)

4 ta’ Ġunju 2012: Semi-Finali: 20.00, MFCA vs GIDA/MESA (Centenary Stadium)

Il-finali ta’ din il-kompetizzjoni ssir it-Tlieta 5 ta’ Ġunju 2012 fis-Centenary Stadium fis-18.30.

Immedjatament wara ssir il-preżentazzjoni tat-trofej u l-midalji.

 

 





Leave a comment