- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Mellieħa u Starlites b’punti massimi

Posted By sportinmalta1 On November 30, 2015 @ 10:19 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Mellieħa Mr. Green 82

Phoenix Frank Salt 60

(21-19)(20-14)(18-16)(3-11)

Mellieħa Mr. Green kisbu t-tieni rebħa tagħhom fil-kampjonat meta għelbu lil Phoenix Frank Salt 82-60 wara li kienu diġa għelbu lill-istess avversarji fil-logħob tas-Shield. Mellieħa kienu mingħajr Matthew Cauchi u Neil Muscat u Phoenix kellhom nieqsa lil Joshua Anastasi, Darryl Pisani u l-coach Kevin Zammit. Il-partita kellha bidu bilanċja meta Mellieħa bdew bil-punti ta’ Ian Terribile u Robert Loporto. Phoenix kellhom risposta bi three pointers ta’ Marko Vucinic u għamlu run ta’ 10-2. Wara time-out, Mellieħa wieġbu bil-punti ta’ Steve Sammut li kellhu 8 punti konsekuttivi u huma temmew l-ewwel sessjoni 21-19 minn fuq. Fit-tieni taqsima Phoenix reġgħu ħadu l-vantaġġ wara punti minn Christian Briffa u Andras Toompere. Hawn però Mellieħa kellhom run ta’ 13-4 li bdewha bi trippla ta’ Sammut flimkien ma’ Michel Farrugia, Clint Grixti u Loporto biex daħlu jisrieħu 41-33 minn fuq.

Wara l-intervall, Mellieħa kabbru l-vantaġġ għal 13 –il punt 47-34. Hawn però waslet reazzjoni minn Phoenix b’punti ta’ Jonathan Ransley u trippla ta’ Vucinic u reġgħu naqqsu d-distakk għal seba’ punti. Fl-aħħar taqsima reġa’ kien hemm diversi punti minn Sammut u Loporto bi trippla kull wieħed biex Mellieħa fetħu vantaġġ ta’ 22 punt 59-49. Phoenix ippruvaw jidħlu lura fil-partita meta kellhom trippla ta’ Luke Azzopardi u aktar punti minn Ransley. Lejn it-tmiem però Mellieħa serrħu rashom bil-punti ta’ Sammut u Ben Aquilina biex rebħu l-partita 82-60.

Mellieħa Mr. Green: C. Grixti 8, M. Farrugia 6, S. Sammut 27, R. Loporto 26, B. Aquilina 6, I. Terribile 5, E. Lupo 5, B. Soler, P. Magro.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi 5, G. Micallef, D. Massa, R. Curmi, M. Vucinic 19, K.Borg 2, C. Camenzuli 2, C. Briffa 9, A. Costa, J. Ransley 22, A. Toompere 2.

Referees: Alfred Carbonaro, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Gżira Athleta 50

Starlites 71

(16-20)(14-14)(17-17)(3-20)

Starlites ukoll kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Gżira Athleta 71-50 għalkemm kellhom jistennew sal-aħħar sessjoni biex jieħdu r-rebħa. Starlites kienu mingħajr Jacob Formosa però għal dan in-nuqqas patta it-trio Miguel Falzon, Alec Felice Pace u Ivan Mitrovic li bejniethom kellhom 52 punt. Athleta marru minn fuq fil-bidu tal-partita meta kellhom trippla ta’ Luca Stefanovic. Starlites bdew jieħdu l-vantaġġ bi break ta’ 11-4 fejn kellhom trippla ta’ Anthony Schembri u l-punti ta’ Mitrovic u Falzon. Athleta naqqsu d-distakk għal punt qabel ma Mitrovic għalaq it-taqsima bi trippla għal skor ta’ 20-16. Athleta bdew it-tieni perjodu bi break ta’ 7-0 b’punti ta’ Martin Berisha u Martin Krastev. Starlites kellhom il-baskets minn Thomas Grech u Mitrovic biex daħlu jistrieħu 34-30 minn fuq.

Fit-tielet taqsima l-partita kompliet tkun bilanċjata hekk kif iż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti tagħhom. Bdew Starlites li bil-punti ta’ Mitrovic u Felice Pace biex żiedu l-vantaġġ 41-34. Athleta rkupraw u kellhom trippla minn Vincic u aktar punti minn Berisha biex reġgħu ħadu vantaġġ ta’ punt. Felice Pace ukoll wieġeb bi trippla għal Starlites biex sa’ tmiem it-taqsima dawn kienu 51-47 minn fuq. L-aħħar taqsima kienet dominata minn Starlites hekk kif Athleta donnhom waqfu jilgħabu tant li għamlu biss 3 punti. Starlites bdew iżidu l-vantaġġ kontinwament l-ewwel permezz ta’ Falzon u komplew bil-punti ta’ Felice Pace u Schembri. Bir-risposta ta’ Athleta ma tasalx, Starlites komplew iżidu l-punti tagħhom biex rebħu l-partita 71-50.

Gżira Athleta: J. Symmons 4, F. Mifsud Bonnici 4, J. Wait, J. Aquilina 6, L. Stefanovic 5,  M. Giusti, R. Bezzina, M. Krastev 3, S. Vincic 9, M. Berisha 17.

Starlites: A. Schembri 11, C. Doublet, L. Vella, M. Azzopardi, C. Schembri, M. Falzon 17, A. Felice Pace 15, I. Mitrovic 20, O. Psaila, A. Cutajar, T. Grech 8.

Referees: Alfred Carbonaro, Zvezdan Dobrosaviljevic.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/mellieha-u-starlites-bpunti-massimi/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.