- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Mellieħa u Hibernians isaħħu l-ewwel żewġ postijiet

Posted By sportinmalta1 On February 11, 2020 @ 10:52 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Mellieħa Libertas 84

Pyrinto 37

(16-9)(26-10)(25-10)(19-8)

Mellieħa għamlu d-double fuq it-team ta’ Pyrinto meta għelbuhom 84-37 biex ħadu wkoll is-sitt rebħa tal-kampjonat. Il-partita kienet f’idejhom sa’ mill-ewwel ħinijiet fejn ħlief għall-ewwel attakk, Pyrinto li kellhom biss ħames players għal din il-partita, qatt ma kienu minn fuq. Mellieħa għamlu run ta’ 10-2 b’żewġ baskets minn Alex Perunicic qabel ma’ Pyrinto kisbu t-tieni trippla tagħhom minn Edvinas Subacius. Mellieħa komplew b’żewġ baskets oħra minn Jhun Lisandro u Emanuel Lupo għal skor ta’ 16-9. Fit-tieni perjodu Mellieħa fetħu qawwi u għamlu run ta’ 15-1 bi trippla ta’ Miguel Costa flimkien ma’ Lupo u David Camilleri li aktar ‘l quddiem kellhu wkoll trippla. Pyrinto kellhom tlett three pointers minn Rytis Rutbauskas biex Mellieħa daħlu jistrieħu 40-19 minn fuq.

Wara l-intervall Mellieħa bdew bi trippla ta’ Perunicic bit-team ta’ Pyrinto jirrispondu bi break ta’ 8-0 b’żewġ three pointers oħra. Dawn kienu  l-aħħar punti tagħhom fis-sessjoni għaliex Mellieħa għamlu run ta’ 18-0 bi trippla ta’ Joao Vaz u baskets minn Lupo u Anthony Schembri fost l-oħrajn għal skor ta’ 65-29. Ir-raba’ taqsima kienet biss formalita fejn Mellieħa komplew iżidu l-vantaġġ b’run ta’ 12-2 biex ħarġu rebbieħa 84-37.

Mellieħa: A. Schembri. R. Loporto 12

Pyrinto: R. Rutbauskas 22

Hibernians 103      

 

Depiro 63

(21-22)(27-9)(24-20)(31-12)

Hibernians wieġbu għar-rebħa ta’ Mellieħa meta għelbu lil Depiro 103-63. Depiro kellhom diversi players neqsin bħal Miguel Mallia, Myron Agius u Andy Attard u sabuha diffiċli kontra l-veloċita ta’ Hibs. Minkejja dan Hibs kellhom jistennew sa’ nofs it-tieni taqsima biex jieħdu l-partita f’idejhom wara sensiela ta’ trippli. Hibs marru 5-2 minn fuq qabel ma Depiro wieġbu b’run ta’ 9-2 li għalquha bi trippla ta’ Marco Zloh. Hibs wieġbu permezz ta’ Isaac Bonett li wkoll kellhu trippla, l-istess kif kellhu Paul Attard iżda kienu Depiro li temmew l-ewwel sessjoni minn fuq 22-21. Fit-tieni taqsima Hibs bdew jinqatgħu bil-mod hekk kif fetħu bi break ta’ 11-2 bil-punti ta’ Bonett u Luke Farrugia fost l-oħrajn. Depiro naqqsu d-distakk bi trippla ta’ Nenad Rosic però hawn sofrew run oħra ta’ 11-0 bi tlett trippli minn Kieron Caruana u Matthew Attard biex Hibs daħlu jistrieħu 48-31 minn fuq.

Fit-tielet taqsima reġgħu kienu Hibernians li bdew l-aħjar biex komplew jikkontrollaw il-vantaġġ li kellhom. Punti kontinwi minn Attard u Ricky Aquilina ħallewhom 70-39 minn fuq. Hawn wasal mument tajjeb minn Depiro li għamlu run ta’ 12-2 però kienu għadhom ‘l bogħod mill-avversarji li temmew is-sessjoni 72-51 minn fuq. Fl-aħħar perjodu Hibs reġgħu bdew b’run ta’ 11-2 bi trippla ta’ Farrugia. Depiro kellhom risposta minn Zloh u Rosic però Hibs għalqu l-partita b’run oħra ta’ 16-2 biex rebħu 103-63.

Hibs: I. Bonett 23, P. Attard 21

Depiro: N. Rosic 15, M. Zloh, D. Pisani 14

Starlites GIG 72

 

Pyrinto 34

(20-9)(22-10)(14-8)(16-7)

Starlites kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat kontra Pyrinto 72-34 minkejja li kellhom diversi players neqsin bħal Andrea Vella, Miguel Vella u Quetin Bugeja. Pyrinto kellhom sitt players u l-aħjar skorer tagħhom jumejn qabel Rytis Rutbauskas kien nieqes. Pyrinto marru fuq quddiem 7-2 fl-ewwel ħinijiet tal-partita bil-punti kollha jaslu minn Mikka Mustanen. Hawn Starlites ġew lura u ħadu l-partita f’idejhom b’run ta’ 18-2 bil-punti ta’ Mirco Azzopardi, Matthew Barbara u Bojan Stankovic għal skor ta’ 20-9. Fit-tieni perjodu kien hemm punti fuq kull naħa hekk kif Alex Xuereb fetaħ b’żewġ baskets għal Starlites u Mustanen wieġeb għal Pyrinto. Starlites komplew b’run ta’ 14-2 biex daħlu jistrieħu 42-19 minn fuq.

Wara l-intervall, il-partita kompliet bl-istess andament bi Starlites fil-kontroll u Pyrinto jiksbu żewġ trippli. Fl-aħħar taqsima l-punti kollha ta’ Starlites ġew minn Azzopardi wara li Edvinas Subacius fetaħ bi trippla għal Pyrinto. Mustanen għamel l-aħħar żewġ baskets biex Starlites ħarġu rebbieħa 72-34.

Starlites: M. Azzopardi 28

Pyrinto: M. Mustanen 22

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Mellieha

7

6

1

13

610

419

Hibs

6

5

1

11

532

408

Fusion

6

4

2

9

453

348

Depiro

6

3

3

9

282

351

Starlites GIG

6

2

4

8

450

495

Gżira Athleta

6

2

4

8

411

419

Pyrinto

7

0

7

6

245

543

Depiro 2 walkovers vs Pyrinto,Fusion

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/mellieha-u-hibernians-isahhu-l-ewwel-zewg-postijiet/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.