Mellieħa Tritones lura għar-rebħ

Tuesday, February 21, 2017, 19:21

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Marvels Power Plus 48

Mellieħa Tritones 54

(14-14)(11-15)(12-12)(11-13)

Mellieħa rritornaw għar-rebħ fil-kampjonat kontra Marvels Power Plus biex baqgħu jittamaw li jevitaw ir-raba’ post li jfisser semi-finali kontra Athleta. Il-partita kienet bilanċjata ħafna biż-żewġ timijiet viċin xulxin għal ħin twil. Mellieħa ħadu l-ewwel vantaġġ bi three pointers minn Michel Farrugia u Robert Loporto. Marvels ippareġjaw bil-punti ta’ Jonathan Ransley u sa’ tmiem l-ewwel sessjoni kien hemm punti fuq kull naħa għal parita ta’ 14-14. Fit-tieni taqsima Marvels ħadu l-vantaġġ wara punti minn David Garcia u trippla ta’ Andreas Toompere. Mellieħa rkupraw u kellhom run ta’ 12-4 bi trippla ta’ Clint Grixti biex temmew it-taqsima 4 minn fuq 29-25.

Fit-tielet taqsima Marvels reġgħu rkupraw bit-three pointers ta’ Andrew Morris u għal ħin twil basket kien jifred liż-żewġ timijiet. Mellieħa kellhom aktar punti minn Grixti flimkien ma’ Loporto biex żammew il-vantaġġ ta’ erba’ punti 41-37. Fl-aħħar sessjoni Mellieħa kellhom run ta’ 8-2 bejn Loporto u Janis Vibe. Marvels reġgħu rrispondew bil-punti minn Christian Briffa u Garcia però waslu biss sa’ 3 punti 48-51 qabel ma Mellieħa kisbu l-aħħar punti tal-partita biex ħarġu rebbieħa 54-48.

Marvels Power Plus: K. Maruda 4, D. Massa, D. Pisani 2, R. Curmi, D. Debattista, A. Morris 8, D. Garcia 10, C. Briffa 9, J. Ransley 10, A. Toompere 5.

Mellieħa Tritones: C. Grixti 13, M. Farrugia 5, J. Vibe 3, R. Loporto 23, I. Terribile, D. Miani 3, S. Aquilina 2, J. Muscat, B. Soler 5.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Brian Sly.

Gżira Athleta 80

Siġġiewi St. Nicholas50

(18-9)(20-15)(23-12)(19-14)

Gżira Athleta temmew l-impenji tagħom fl-ewwel fażi tal-kampjonat bit-tnax –il rebħa minn daqstant partiti u bla dubju li huma l-favoriti netti li jerbħu l-kampjonat. Siġġiewi St. Nicholas issa jikkonċentraw fuq is-semi-finali tal-play-offs hekk kif huma ċerti mit-tieni post però l-aħħar partita kontra Mellieħa trid tiddetermina l-avversarji tagħhom. Athleta bdew il-partita b’run ta’ 11-2 fejn bħas-soltu l-attakk tagħhom kien immexxi mill-Amerikan Kwame Thompson. Sa’ tmiem is-sessjoni Siġġiewi rkupraw xi ftit u kellhom trippla minn Roberto Alosco u Athleta temmewha 18-9 minn fuq. It-tieni sessjoni kienet aktar bilanċjata bl-Athleta jkollhom trippla minn Mike Giusti u punti minn Francesco Mifsud Bonnici. Siġġiewi wkoll wieġbu bi tripppla oħra minn Alosco però Athleta komplew bi break ta’ 9-0 u fil-halftime kienu 38-24 minn fuq.

Wara l-intervall Athleta reġa’ kellhom bidu qawwi fejn fetħu bi trippla ta’ Thompson f’run ta’ 14-0. Ir-risposta ta’ Siġġiewi ġiet minn punti ta’ Hubert Agius u trippla ta’ JP Antoncic għal skor ta’ 61-36 favur Athleta. L-aħħar taqdima fetħet bil-punti ta’ Nathan Xuereb u Thompson għall-Athleta u żiedu l-vantaġġ għal 30 punt li żammew sat-tmiem biex rebħu l-partita 80-50.

Gżira Athleta: R. Zammit, F. Mifsud Bonnici 13, J. Wait 4, M. Giusti 3, M. Gauchi Montaldo 4, N. Xuereb 6, K. Thompson 37, C. Schembri, S. Vincic 9, M. Cilia 4.

Siġġiewi St. Nicholas: JP Antoncic 7, K. Scicluna 2,  S. Niedritis, H. Agius 10, G. Agius 4, R. Alosco 15, R. Camilleri, R. Camilleri, J. Camilleri 10, K. Arvanitakis 2.

Referees: Miklos Rajczi, Brian Sly.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Athleta

12

12

0

24

911

569

Siġġiewi St. Nicholas

11

6

5

17

659

616

Mellieħa Mr. Green

11

4

7

15

568

615

Marvels Power Plus

11

4

7

15

559

655

Starlites

11

2

9

13

514

756





Leave a comment