- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Mellieħa Tritones l-ewwel finalisti

Posted By sportinmalta1 On October 29, 2013 @ 3:26 pm In Basketball,Featured | No Comments

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Mellieħa Tritones 44

Phoenix Le Vin Wine Bar 37

(13-6)(14-14)(11-11)(6-6)

Vantaġġ ta’ seba’ punti li bnew fl-ewwel sessjoni kien biżżejjed għal Mellieħa biex jerbħu l-partita kontra Phoenix Le Vin Wine Bar 44-37. Dan għaliex it-tlett sessjonijiet ta wara spiċċaw kollha f’parita u b’din ir-rebħa Mellieħa saru l-ewwel finalisti tas-St. James Hospital Shield. Mellieħa bdew il-partita bl-ewwel seba’ punti bi trippla ta’ Rihards Polis u baskets ta’ Clint Grixti u Joshua Aquilina. Phoenix wieġbu b’żewġ baskets ta’ Jonathan Ransley u Antoine Costa.  Mellieħa kellhom żewġ trippli minn Polis u Oliver Sammut biex temmew is-sessjoni 13-6 minn fuq. It-tieni sessjoni fetħet bil-punti ta’ Andres Toompere għal Phoenix qabel ma Sammut għamel trippla oħra għal Mellieħa. Phoenix kellhom il-punti konsekuttivi minn Luke Azzopardi bl-aħwa Aquilina Joshua u Samuel iwieġbu għal Mellieħa. Karl Azzopardi għamel trippla għal Phoenix però Mellieħa baqgħu sebgħa minn fuq 27-20 fl-intervall.

It-tielet taqsima fetħet b’punti fuq kull naħa qabel ma Phoenix għaqqdu run ta’ 8-2 però tilfu lil Ransley li tkeċċa. Polis kellhu żewġ three pointers oħra għal skor ta’ 38-31. Fl-aħħar taqsima l-punti naqsu drastikament u kien hemm biss tlett baskets fuq kull naħa. Samuel Aquilina, Sammut u Grixti għamlu tal-Mellieħa fil-waqt li għal Phoenix kien hemm il-punti ta’ Mark Grech, Darren Debattista u Christian Briffa biex Mellieħa rebħu l-partita 44-35.

Mellieħa Tritones: J. Sant, O. Sammut 8, G. Gauchi Grech, J. Muscat 2, S. Aquilina 7, P. Magro, R. Polis 12, J. Aquilina 9, M. Farrugia, I. Cutajar, C. Grixti 6, P. Curmi.

Phoenix Le Vin Wine Bar: J. R. Marin, M. Grech 2, T. Grech, K. Azzopardi 3, D. Debattista 2, R. Curmi, C. Briffa 2, L. Azzopardi 8, A. Costa 3, J. Ransley 10, A. Toompere 7.

Referees: Luke Camilleri, Brian Sly

SN Suns 63

Miscela D’oro Mtarfa 50
(15-21)(13-10)(13-12)(22-7)

Miscela D’oro Mtarfa kkrollaw fl-aħħar sessjoni meta kienu għadhom punt minn taħt 50-49 però sofrew run ta’ 13-0. Suns kellhom ir-ritorni ta’ Robert Mercieca u Igor Marjanovic fil-waqt li kellhom nieqes lil Adrian Pace fil-waqt li Jarnis Viibe u Mike Agius kienu nieqsa għal Mtarfa. Suns ħadu l-ewwel vantaġġ però Mtarfa għamlu run ta’ 10-2 b’diversi punti ta’ Daniel Farrugia. Ir-risposta ta’ Suns ġiet minn Hubert Agius però Mtarfa kellhom il-punti ta’ Timothy Zammit f’run ta’ 8-0 u temmew is-sessjoni 21-15 minn fuq. Fit-tieni perjodu Michael Barberi għamel trippla għal Suns però punti ta’ Farrugia u Samuel Zammit raw lil Mtarfa jiftħu vantaġġ 31-19. Hawn Suns għamlu run ta’ 9-0 b’punti minn Marjanovic u Simon Cauchi u naqqsu d-distakk għal 3 punti 31-28.

Wara l-intervall Mtarfa żiedu l-vantaġġ b’punti ta’ Darryl Schembri u Farrugia. Suns kellhom il-punti ta’ Marjanovic fosthom trippla u Reno Camilleri. Timothy Zammit għamel trippla għal Mtarfa però Suns baqgħu jitħabtu u naqqsu d-distakk għal basket 41-43. Fl-aħħar sessjoni Suns ġabu l-iskor indaqs wara baskets minn Barberi u Agius. Mtarfa reġgħu marru fuq quddiem bi trippla ta’ Kurt Xuereb għalkemm Marjanovic i Agius finalment poġġew lil Suns minn fuq 49-48. Wara punti fuq kull naħa, kien hemm ir-run deċisiva ta’ Suns ta’ 13-0 mibdija bi trippla ta’ Marjanovic li rathom jieħdu l-partita f’idejhom u joħorġu rebbieħa 63-50. Suns issa jilgħabu kontra Phoenix għal post fil-finali kontra Mellieħa.

SN Suns: S. Borg, K. Scicluna 3, L. Grech 2, H. Agius 17, M. Barberi 5, R. Mercieca, R. Camilleri 4, S. Cauchi 6, I. Marjanovic 26.

Miscela D’oro Mtarfa: J. Attard, K. Xuereb 8, C. Calleja 3, A. Psaila, N. Grech 4, D. Farrugia 20, T. Zammit 6, S. Zammit 2, D. Schembri 7.

Referees: Emanuel Mangani, Steve Gouder.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/mellieha-tritones-l-ewwel-finalisti/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.