Mellieħa Mr. Green u Hibs fil-finali

Tuesday, November 11, 2014, 17:17

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Phoenix Frank Salt 32

Mellieħa Mr. Green 40
(8-9)(12-12)(5-9)(7-10)

Mellieħa Mr. Green saru l-ewwel finalisti saru l-ewwel finalisti tas-St. James Hospital Shield meta għelbu lil Phoenix Frank Salt 40-32. Il-kundizzjonijiet tat-temp zgur m’għenux biex din il-partita tilħaq xi livell għoli bil-kesħa u l-umdita jagħmlu tagħhom. Phoenix kellhom għall-ewwel darba lil Matthew Bonnici u lil Daniel Cuenca Grimaldos fil-waqt li Robert Loporto kien nieqes għal Mellieħa. Phoenix kellhom l-ewwel ħames punti minn Jonathan Ransley u Andres Toompere. Ir-risposta ta’ Mellieħa ġiet minn tlett three pointers ta’ Rihards Polis qabel ma Toompere għalaq is-sessjoni bi trippla għal Phoenix għal skor ta’ 9-8. It-tieni perjodu kien l-aktar wieħed bilanċjat u ta’ skor għoli. Phoenix reġgħu ħadu l-vantaġġ bil-baskets ta’ Ransley bil-Mellieħa jirrispondu permezz ta’ Emanuel Lupo u Bernard Soler. Wara erba’ punti oħra ta’ Phoenix, Mellieħa kellhom run ta’ 6-0 u temmew is-sessjoni 21-20 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni l-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat speċjalment minn naħa ta’ Phoenix li qatt ma reġgħu marru minn fuq. Mellieħa kellhom il-punti ta’ Lupo u Polis b’ Phoenix iwieġbu minn Ransley u Toompere. Phoenix fetħu l-aħħar taqsima bi trippla ta’ Antoine Costa biex reġgħu waslu sa’ basket ‘l bogħod mill-avversarji 28-30. Id-distakk ta’ żewġ punti baqa’ fiż-żewġ azzjonijiet ta’ wara iżda Mellieħa rnexxielhom jagħmlu l-aħħar sitt punti biex ħarġu rebbieħa 40-32.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi, G. Micallef, D. Pisani, R. Curmi, D. Debattista, M. Fenech, M. Bonnici, D. G. Grimaldos 6, C. Briffa, A. Costa 5, J. Ransley 16, A. Toompere 5.

Mellieħa Mr. Green: C. Grixti 2, M. Farrugia 7, J. Muscat, S. Aquilina, R. Polis 17, P. Magro, O. Sammut, J. Aquilina 2, E. Lupo 8, P. Cauchi, B. Soler 4, P. Magro.

Referees: Emanuel Mangani, Luke Camilleri.

Hibs 79

St. Nicholas Suns 58
(23-12)(17-14)(14-22)(25-10)

Hibs għelbu lil St. Nicholas Suns 79-58 biex inagħqdu ma’ Mellieħa fil-finali tas-St. James Hospital Shield. Hibs kellhom għall-ewwel darba lil Micheal Giusti fil-waqt li Suns kellhom skwadra ridotta b’diversi players neqsin bħal Robert Camilleri, Robert Mercieca, Reno Camilleri u Simon Cauchi. Il-partita kellha bidu bilanċjat u wara li Simon Attard beda bi trippla għal Hibs Suns kellhom il-punti ta’ Hubert Agius. Hibs għamlu run ta’ 13-4 bil-punti ta’ David Camilleri u trippla ta’ Kieron Caruana u fetħu vantaġġ ta’ 8 punti 18-10. Wara punti ta’ Alex Bianchi għal Suns, Hibs komplew b’aktar punti ta’ Caruana għal skor ta’ 23-12. Fit-tieni sessjoni kien hemm trippla fuq kull naħa minn Stefan Vella u Micheal Barberi. Suns komplew jitħabtu u naqsu d-distakk għal seba’ punti 21-28 qabel ma Hibs kellhom it-three pointers minn Camilleri u Fabrizio Mariani fi break ieħor ta’ 10-2. Fl-intervall Hibs kellhom vantaġġ komdu ta’ 14 –il punt 40-26.

It-tielet sessjoni rat lil Hibs jibdew bil-punti konsekuttivi ta’ Mariani però għal Suns kien hemm ir-risposta minn Lee Grech. Wara li Hibs reġgħu stabillixxew vantaġġ ta’ 14 –il punt 48-34, Suns kellhom l-aqwa mument fil-partita meta għmlu break ta’ 13-10 b’punti minn Grech, Agius u Lee Grech u waslu sa punt ‘l bogħod mill-avversarji 47-48. Hibs irkupraw xi ftit u bdew ir-raba’ taqsima 6 minn fuq 54-48. Hibs reġgħu bdew tajjeb fir-raba’ sessjoni bi trippla ta’ Caruana u kabbru l-vantaġġ għal 12 –il punt 61-49. Suns kellhom il-punti ta’ Agius u Scicluna qabel ma Hibs kellom run qawwija ta’ 18-2 fejn kien hemm three pointers minn Camilleri, Caruana u Michael Giusti.  Dan wassal biex Hibs ħarġu rebbieħa 79-58 u issa jiltaqgħu ma’ Mellieħa Mr. Green fil-finali.

 

Hibs: I. Mitrovic 1, C. Taexido 6, D. Camilleri 25, L. Farrugia, S. Attard 9, G. Agius, K. Caruana 18, C. Bugeja, M. Giusti, A. Baldacchino, F. Mariani 14, S. Vella 3.

St. Nicholas Suns: A. Pace 4, S. Borg 4, K. Scicluna 11, L. Grech 14, H. Agius 14, M. Barberi 7, A. Bianchi 8.

Referees: Luis Abuin, Zvezdan Dobrosaviljevic.





Leave a comment