Mellieħa Mr. Green lura għar-rebħ

Monday, January 18, 2016, 20:15

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 57

Phoenix Frank Salt 51

(17-11)(9-16)(13-12)(18-12)

Gżira Athleta patter għat-telfa li kienu sofrew fl-ewwel round kontra Phoenix meta għelbuhom 57-51 biex laħqu lil Starlites għalkemm għandhom partita aktar. Athleta kellhom diversi players neqsin fosthom Francesco Mifsud Bonnici, Martin Krastev u Adrian Baldacchino. Phoenix kellhom player barrani ieħor jagħmel id-debutt tiegħu hekk kif irreġistraw lil Florian Gloeckner. Il-partita fetħet bi three pointers fuq kull naħa minn Luca Stefanovic għall-Athleta u Luke Azzopardi u Andras Toompere għal Phoenix. Athleta komplew b’5 punti bi trippla ta’ Stefan Vincic għal skor ta’ 17-11. Fit-tieni perjodu Phoenix wettqu rimonta u rnexxielhom jieħdu vantaġġ wara run ta’ 10-2 bi trippla ta’ Marko Vucinic. Athleta rrispondew b’żewġ trippli minn Vincic però Phoenix baqgħu punt minn fuq 27-26.

Wara l-intervall, Phoenix żammew il-vantaġġ wara trippli minn Karl Borg u Azzopardi flimkien ma’ baskets minn Toompere u Jonathan Ransley. Athleta kellhom run qasira ta’ 6-0 b’punti minn Joshua Aquilina u Joel Symmons biex ġabu l-iskor indaqs 39-39. Fl-aħħar taqsima, Athleta l-ewwel dawwru l-iskor favurhom imbagħad komplew bi break ta’ 13-2 b’diversi punti minn Symmons u Miguel Gauchi Montaldo biex fetħu vantaġġ ta’ 13 –il punt 56-43. Phoenix tħabtu biex isalvaw il-partita u kellhom il-punti ta’ Ransley, Toompere u Clayton Camenzuli però Athleta kkontrollaw tajjeb biex ħadu r-raba’ rebħa tal-kampjonat fuq skor ta’ 57-51.

Gżira Athleta: J. Wait 2, M. Gauchi Montaldo 9, L. Stefanovic 12,  J. Symmons 8, J. Aquilina 6, S. Vincic 12, M. Berisha 4, M. Cilia 4.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi 8, G. Micallef, D. Pisani 6, R. Curmi, D. Debattista, C. Camenzuli 2, K.Borg 8, F. Gloechner, C. Briffa, M. Vucinic 3, J. Ransley 11, A. Toompere 13.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Mellieħa Mr. Green 58

St. Nicholas Suns 49

(20-18)(13-12)(8-10)(17-9)

Mellieħa Mr. Green irritornaw għar-rebħ wara żewġ telfiet konsekuttivi fil-kampjonat biex saħħew it-tielet post  u ħallew lil Suns b’rebħa waħda. Suns kellhom nieqsa lil Louis Camilleri, Robert Camilleri u Simon Cauchi però rritorna Roberto Alosco. Alosco tkeċċa fl-ewwel sessjoni wara foul fuq Steve Sammut li ħalla lil Sammut barra mil-logħba għal ħin twil. Il-partita bdiet bis-Suns jieħdu l-ewwel vantaġġ wara punti minn Keith Scicluna u trippla ta’ Michael Barberi. Mellieħa rrispondew bil-punti ta’ Ben Aquilina però Alosco għamel trippla għal Suns qabel tkeċċa biex Mellieħa għalqu l-ewwel sessjoni basket minn fuq 20-18. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu, kien hemm trippla fuq kull naħa qabel ma Mellieħa għamlu break qasir ta’ 8-2 b’żewġ baskets ta’ Robert Loporto. Suns kellhom il-punti ta’ Hubert Agius u Brent Liebe però Mellieħa daħlu jistrieħu 3 minn fuq 33-30.

Wara l-intervall Mellieħa kabbru l-vantaġġ bil-punti ta’ Loporto b’Scicluna u Liebe flimkien ma’ JP Antoncic jirrispondu għal Suns. Is-sessjoni kienet ta’ skor baxx u Mellieħa rnexxielhom iżommu l-vantaġġ 41-40. Suns marru minn fuq hekk kif bdew l-aħħar taqsima b’ħames punti konsekuttivi minn Reno Camilleri u Antoncic. Hawn però Mellieħa kellhom run ta’ 11-0 bi trippla ta’ Steve Sammut. Suns ftit setgħu jirrispondu tant li Mellieħa għalqu l-partita bil-punti ta’ Emanuel Lupo  u Clint Grixti biex ħarġu rebbieħa 58-49.

Mellieħa Mr. Green: C. Grixti 5, M. Farrugia 7, S. Sammut 15, I. Terribile, R. Loporto 13, B. Aquilina 6, D. Miani, E. Lupo 10, M. Cauchi 2, B. Soler, P. Magro.

St. Nicholas Suns: G. Cutajar, S. Borg, K. Scicluna 9, H. Agius 10, M. Barberi 8, J.P. Antoncic 7, R. Alosco 5, R. Camilleri 2, B. Liebe 8.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites

5

5

0

10

358

307

Athleta

6

4

2

10

345

348

Mellieħa Mr. Green

5

3

2

8

348

306

St. Nicholas Suns

6

1

5

7

328

353

Phoenix Frank Salt

6

1

5

7

363

428





1 Comment

  1. charles sammut says:

    Alosco mhux talli ghamel foul, izda ghamel foul fahxi u orribli…daqqa ta ponn vilment u minajr provokazzjoni waqt li Steve kien qed jaghmel “layup”! Tajjeb li wiehed isemmi li Steve kellu bzonn hames punti f’xuftejh minn barra li ghamel 15 il-punt fix-xibka alla volja laghab ftit minuti biss!!
    Meta issir pastazata bhal din, il-player responsabbli ghandu jitkecca ghall ghomru u jehel multa.  B’hekk il-kredibilita tal-basketball ma tithammieg u biex jinghata ezempju lill players slavag li m’ghandhomx rispett lejn il-loghba u lejn players ohrajn!! 

    [Reply]

Leave a comment