Mellieħa Mr. Green jibdew bir-rebħ

Thursday, November 26, 2015, 23:02

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Phoenix Frank Salt 72

Gżira Athleta 65

(16-22)(22-8)(12-17)(22-18)

Phoenix Frank Salt u Gżira Athleta reġgħu ltaqgħu għat-tielet darba dan l-istaġun u wara r-rebħa ta’ Phoenix fil-logħob tas-Shield u ta’ Athleta fil-BOV Knock out, kienu Phoenix li ħarġu rebbieħa 72-65 biex kisbu l-ewwel rebħa fil-kampjonat. Phoenix kellhom lil Darren Debattista u Andras Toompere neqsin fil-waqt li Athleta kienu mingħajr Martin Berisha u Miguel Gauchi Montaldo. Kienu Athleta li kellhom l-aħjar bidu meta kellhom żewġ runs qosra ta’ 6-0 u 7-0. Bejniethom kien hemm trippla minn Luke Azzopardi għal Phoenix però l-punti ta’ Joshua Aquilina i Francesco Mifsud Bonnici ħallew lill-Athleta fuq quddiem 19-11. Phoenix irispondew bit-tieni trippla ta’ Azzopardi u basket ta’ Darryl Pisani però Athleta temmew it-taqsima 22-16 minn fuq. Fit-tieni perjodu l-logħba nbidlet hekk kif kienu Phoenix li wrew l-aħjar attakk u bi three pointers ta’ Marko Vucinic ġabu l-iskor indaqs 26-26. Athleta waqqfuhom għal ftit b’basket ta’ Joel Symonns però Phoenix komplew bi break ieħor ta’ 12-2. Huma kellhom trippla minn Karl Borg flimkien mal-punti ta’ Christian Briffa u Pisani biex daħlu jistrieħu 8 minn fuq 38-30.

Wara l-intervall, Athleta rkupraw speċjalment bil-punti ta’ Stefan Vincic u Mifsud Bonnici u waslu sa’ basket ‘l bogħod 41-43. Phoenix wieġbu bil-punti ta’ Jonathan Ransley u Vucinic biex reġgħu marru 9 minn fuq 50-41. Trippla ta’ Vincic u punti ta’ Mifsud Bonnici ħallew biss distakk ta’ tlett punti għar-raba’ sessjoni 50-47. Iż-żewġ timijiet komplew iwieġbu lil xulxin u trippla minn Vincic u baskets ta’ Mifsud Bonnici u Symonns ġabu l-iskor indaqs 61-61. Phoenix wieġbu b’run ta’ 7-2 b’punti minn Azzopardi u Pisani u wara żewġ free-throws minn Symmons, Phoenix għalqu l-partita bil-punti ta’ Vucinic biex rebħu l-partita 72-65.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi 14, G. Micallef, D. Pisani 10, R. Curmi, M. Vucinic 25, C. Camenzuli 3, K.Borg 3, J. Anastasi 2, C. Briffa 7, A. Costa, J. Ransley 7.

Gżira Athleta: E. Schiappati, F. Mifsud Bonnici 15, J. Wait, J. Aquilina 14, L. Stefanovic 7, D. Buhagiar, M. Giusti 1, R. Bezzina, M. Krastev 2, S. Vincic 20, J. Symmons 6.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani.

St. Nicholas Suns 55

Mellieħa Mr. Green 81

(9-28)(20-12)(11-26)(15-15)

Mellieħa Mr. Green kienu l-aħħar team li għamel id-debutt tiegħhu fil-kampjonat meta għelbu lil St. Nicholas Suns 81-55 biex pattew ukoll għat-telfa li kienu sofrew fil-logħob tas-shield. Mellieħa kellhom id-debutt ta’ Ben Aquilina u għal Suns kien nieqes Louis Camilleri però rritorna Roberto Alosco. Suns bdew il-partita bi trippla minn Michael Barberi però Mellieħa wieġbu b’punti minn Robert Loporto. Wara punti minn Hubert Agius, kien hemm ir-risposta ta’ Mellieħa b’żewġ three pointers minn Ian Terribile. Suns kellhom basket ieħor minn Alosco iżda hawn Mellieħa kellhom break ta’ 14-0 b’punti minn Aquilina, Steve Sammut u Clint Grixti għal skor ta’ 28-9. Fit-tieni perjodu kien hemm ir-rimonta ta’ Suns li bdew b’ħames punti mingħajr risposta. Suns komplew bi break qawwi ta’ 15-2 bil-punti konsekuttivi ta’ Alosco u Agius flimkien ma’ trippla ta’ Simon Cauchi u naqqsu d-distakk għal 5 punti 29-34. Mellieħa rnexxielhom jagħmlu sitt punti qabel l-intervall biex daħlu jistrieħu 40-29 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Mellieħa reġgħu bdew tajjeb u kellhom run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Sammut. Suns ukoll kellhom trippla minn Cauchi però Mellieħa komplew b’run oħra ta’ 11-2 b’aktar punti minn Loporto u Sammut għal skor ta’ 66-40. L-aħħar taqsima kienet maqsuma b’Mellieħa jibdew bi break ta’ 12-2 b’punti konsekuttivi ta’ Matthew Cauchi kabbru l-vantaġġ għal 37 punt 78-41. It-tieni parti tal-perjodu kienet aktar f’idejn Suns li kellhom il-punti tal-Amerikan Brent Liebe però Mellieħa żammew il-vantaġġ sod tagħhom biex bdew il-kampjonat b’rebħa 81-55.

St. Nicholas Suns: G. Cutajar 2, S. Borg, K. Scicluna 2, H. Agius 13, M. Barberi 4, J.P. Antoncic 4, R. Alosco 9, R. Camilleri, R. Camilleri, S. Cauchi 6, B. Liebe 15.

 Mellieħa Mr. Green: C. Grixti 12, M. Farrugia 4, S. Sammut 12, I. Terribile 8,N. Muscat 2, R. Loporto 18, B. Aquilina 8, E. Lupo 8, M. Cauchi 7, B. Soler 2.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.





Leave a comment