- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Mellieħa Mr. Green jagħtu l-ewwel telfa lil Starlites

Posted By sportinmalta1 On March 15, 2016 @ 3:07 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Phoenix Frank Salt 55

St. Nicholas Suns 49

(2-9)(17-14)(24-14)(12-12)

Phoenix Frank Salt għelbu lil St. Nicholas Suns 55-49 biex issa huma ċerti minn post fil-play-offs. Phoenix irkupraw minn bidu negattiv fejn kellhom biss basket wara l-ewwel sessjoni. Minn naħa tagħhom Suns għamlu disa’ punti ħafna minnhom minn Igor Marjanovic. Fit-tieni perjodu Phoenix kellhom il-punti ta’ Jonathan Ransley però Suns baqgħu minn fuq bil-punti ta’ Hubert Agius u Keith Scicluna. Phoenix kellhom trippla minn Marko Vucinic però punti konsekuttivi ta’ Marjanovic qabel ma’ Florian Gloechner għamel trippla oħra għal skor ta’ 23-19 fl-intervall.

Fit-tielet sessjoni Phoenix kellhom l-aħjar bidu meta għamlu l-ewwel tmien punti tal-partita b’żewġ trippli ta’ Vucinic. Marjanovic u Agius wieġbu għal Suns iżsa Phoenix komplew b’seba’ punti oħra bi trippla oħra ta’ Vucinic . Luke Azzopardi wkoll kiseb three pointer għal Phoenix biex huma temmew il-perjodu 48-37 minn fuq. Fl-aħħar taqsima, Suns reġgħu ġew lura bil-punti konsekuttivi ta’ Scicluna, Agius u Marjanovic biex ġabu l-iskor indaqs 45-45. Żewġ baskets ta’ Christian Briffa reġgħu taw il-vantaġġ lil Phoenix u minkejja li Marjanovic għal darbtejn ġab l-iskor indaqs, kienu Phoenix li għamlu l-aħħar sitt punti tal-partita minn Ransley u Darryl Pisani biex rebħu l-partita 55-49.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi 5, G. Micallef, D. Pisani 4, R. Curmi, D. Debattista 4,  C. Camenzuli, F. Gloechner 5, M. Vucinic 14, C. Briffa 11, J. Ransley 12.

St. Nicholas Suns: G. Cutajar, S. Borg, K. Scicluna 9, H. Agius 12, M. Barberi, JP Antoncic 2, R. Camilleri 2, R. Camilleri, I. Marjanovic 24.

Referees: Alfred Carbonaro, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Starlites Naxxar 68

Mellieħa Mr. Green 71

(19-11)(9-26)(28-18)(12-16)

Mellieħa Mr. Green taw l-ewwel telfa tal-istaġun lil Starlites 71-68 fejn minkejja li Starlites huma ċerti mill-ewwel post din il-partita tgħolli l-moral ta’ Mellieħa ftit ġranet qabel il-play-offs. Starlites kellhom nieqsa lil Chris Doublet u Ivan Mitrovic fil-waqt li Matthew Cauchi għadu nieqes għal Mellieħa. Kienu Mellieħa li kellhom l-aħjar bidu meta bil-punti ta’ Robert Loporto marru 9-2 minn fuq. Wara time-out ta’ Alfred Mifsud, Starlites irkupraw u kellhom żewġ runs ta’ 11-0 bi trippla ta’ Anthony Schembri u oħra ta’ 8-0 bil-punti ta’ Thomas Grech u Clive Schembri għal skor ta’ 19-11. Fit-tieni perjodu, Mellieħa ġew lura bil-punti konsekuttivi ta’ Steve Sammut li kellhu wkoll trippla. Starlites kellhom diffikulta biex jagħmlu l-punti u Mellieħa żiedu l-vantaġġ b’aktar punti minn Sammut u Michel Farrugia li kellhu wkoll trippla biex daħlu jistrieħu 37-28 minn fuq.

Wara l-intervall, il-partita sbieħet u Starlites reġgħu ħadu l-vantaġġ. Huma kellhom il-punti ta’ Grech flimkien ma’ Alec Felice Pace u Miguel Falzon. Mellieħa kellhom trippla minn Robert Loporto però Starlites komplew bi break ta’ 9-0 bi trippla ta’ Grech u marru minn fuq 49-46. Il-punti komplew ġejjin fuq iż-żewġ naħat biex Starlites temmew il-perjodu 56-55 minn fuq. Fl-aħħar taqsima, Mellieħa bdew bi break ta’ 10-0 b’żewġ trippli ta’ Sammut. Starlites reġgħu irkupraw  għamlu break ta’ 12-0 b’żewġ trippli ta’ Grech biex marru punt minn fuq 68-67. Punti ta’ Emanuel Lupo poġġew lil Mellieħa minn fuq u huma għamlu l-aħħar punti tal-partita minn Sammut u Clint Grixti biex rebħu l-partita 71-68.

Starlites: A. Schembri 7, Q. Bugeja, L. Vella, M. Azzopardi, C. Schembri 5, M. Falzon 17, A. Felice Pace 13, O. Psaila, A. Cutajar 2, T. Grech 26.

Mellieħa Mr. Green: M. Farrugia 7, S. Sammut 24, I. Terribile, R. Loporto 17, B. Aquilina 2, D. Miani 2, E. Lupo 12, B. Soler, P. Magro.

Referees: Alfred Carbonaro, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Gżira Athleta 74

St. Nicholas Suns 51

(19-15)(16-13)(22-15)(17-8)

Athleta kisbu rebħa oħra biex saħħew it-tielet post tal-klassifika meta għelbu lil st. Nicholas Suns 74-51. Athleta kellhom nieqes lil Martin Berisha fil-waqt li għal Sins kienu nieqsa Reno Camilleri u Keith Scicluna però rritorna minn sospensjoni Roberto Alosco. Suns fetħu tajjeb bil-punti ta’ Hubert Agius u trippla ta’ Alosco. Athleta rrispondew bil-punti ta’ Luca Stefanovic u Joshua Aquilina u għalqu l-ewwel sessjoni 19-15 minn fuq. Fit-tieni perjodu Athleta komplew bi break ta’ 9-0 bi trippla ta’ Martin Krastev. Suns kellhom il-punti ta’ Igor Marjanovic u trippla ta’ Michael Barberi però Athleta baqgħu 7 minn fuq fl-intervall 35-28.

Wara l-mistrieħ, Suns fetħu bi trippla ta’ JP Antoncic però Athleta wieġbu bi break ieħor ta’ 10-0 mibdi bi trippla ta’ Stefanovic. Aquilina u l-istess Stefanovic komplew bil-punti tagħhom biex temmew it-taqsima 57-43 minn fuq. L-aħħar sforz ta’ Suns fl-aħħar sessjoni wassalhom sa’ 10 punti taħt l-avversarji 51-61. Minn hemm ‘l quddiem kien hemm il-punti ta’ Athleta fi break ta’ 13-0 b’aktar baskets minn Aquilina u Krastev biex rebħu l-partita 74-51.

Gżira Athleta: F. Mifsud Bonnici 11, J. Wait 2, J. Aquilina 17, L. Stefanovic 19,  M. Gauchi Montaldo 4, J, Symmons, D. Buhagiar, M. Krastev 13, S. Vincic, M. Cilia 8, A. Baldacchino.

St. Nicholas Suns: G. Cutajar 10, S. Borg, H. Agius 9, M. Barberi 5, JP Antoncic 6, R. Alosco 9, R. Camilleri, I. Marjanovic 12.

Referees: Alfred Carbonaro, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Starlites Naxxar 69

Phoenix Frank Salt 56

(22-6)(18-14)(12-19)(17-17)

Starlites Naxxar irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Frank Salt Phoenix 69-56 wara bidu qawwi. Ivan Mitrovic irritorna għal Starlites però Chris Doublet kien nieqes. Starlites ma setax kellhom bidu aħjar meta għamlu run ta’ 18-0 bi trippli ta’ Mitrovic u Thomas Grech fkimkien ma’ Anthony Schembri. Phoenix finalment wieġbu bil-punti ta’ Ruben Curmi u Darryl Pisani biex Starlites temmew il-perjodu 22-6 minn fuq. Fit-tieni taqsima Phoenix kellhom run ta’8-2 però Starlites malajr irrispondew b’aktar punti minn Mitrovic li kellhu trippla oħra biex daħlu jistrieħu 20 punt minn fuq 40-20.

Wara l-intervall, Phoenix kienu team mibdul hekk kif approfittaw minn nuqqasijiet fid-difiża ta’ Starlites u bdew b’run ta’ 12-0 bil-punti ta Florian Gloeckner u Clayton Camenzuli. Starlites irkupraw u kellhom il-punti ta’ Alec Felice Pace u trippli minn Mitrovic għal skor ta’ 52-39. Fl-aħħar taqsima Starlites bdew bi break ta’ 9-3 b’Mitrovic jagħmel is-sitt trippla tiegħhu u reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 19 –il punt 61-42. Sa’ tmiem il-partita ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin u Phoenix għalqu l-partita bi break ta’ 8-0 biex għamlu l-iskor aktar rispettabli biex Starlites rebħu l-partita 69-56.

Starlites: A. Schembri 12, Q. Bugeja, L. Vella, M. Azzopardi, C. Schembri 1, M. Falzon 11, A. Felice Pace 10, I. Mitrovic 26, O. Psaila, A. Cutajar, T. Grech 9.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi 4, G. Micallef, D. Pisani 8, R. Curmi 8, D. Debattista,  C. Camenzuli 4, F. Gloechner 8, M. Vucinic 7, C. Briffa 8, D. Massa 4, J. Ransley 5.

Referees: Alfred Carbonaro, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites

11

10

1

21

825

732

Mellieħa Mr. Green

11

7

4

18

733

649

Athleta

11

6

5

17

679

681

Phoenix Frank Salt

12

4

8

16

674

732

St. Nicholas Suns

11

1

10

12

575

692


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/mellieha-mr-green-jaghtu-l-ewwel-telfa-lil-starlites/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.