Mellieħa Mr. Green bit-tieni rebħa

Monday, January 5, 2015, 20:05

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Phoenix Frank Salt 48

Mellieħa Mr. Green 49

(14-10)(9-21)(9-6)(16-12)

F’partita li kienet skedata għal Diċembru però kienet ġiet posposta minħabba l-impenn ta’ Mellieħa fit-tazza Louis Borg, l-istess Mellieħa kisbu t-tieni rebħa tagħhom fil-kampjonat. Mellieħa kienu mingħajr Clint Grixti però rritornaw Rihards Polis u Robert Loporto. Wara li Mellieħa ħadu l-ewwel vantaġġ 7-5 f’nofs l-ewwel sessjoni, Phoenix kellhom seba’ punti konsekuttivi bi trippla ta’ Antoine Costa biex temmew l-ewwel perjodu 14-10 minn fuq. Fit-tieni taqsima Mellieħa kellhomit-trippli ta’ Polis u Loporto flimkien mal-punti tal-aħwa Aquilina fi break ta’ 14-2. Phoenix kellhom ir-risposta permezz ta’ Jonathan Ransley u trippla ta’ Costa però Mellieħa kienu 31-23 minn fuq fil-halftime. Fit-tielet sessjoni l-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat bil-Mellieħa jkollhom biss sitt punti. Phoenix ftit kellhom iktar hekk kif Costa bi trippla oħra flimkien ma’ Ransley u Darryl Pisani ressquhom viċin. Mellieħa komplew bi break ieħor ta’ 8-3 fil-bidu tal-aħħar sessjoni. Phoenix irrispondew bi break ta’ 11-2 fosthom trippla ta’ Matthew Bonnici biex fl-aħħar minuta marru punt minn fuq 48-47. Fl-attakk ta’ wara Loporto għamel żewġ free-throws għal Mellieħa biex reġa’ poġġijhom fuq quddiem u Mellieħa żammew il-vantaġġ sat-tmiem. Biż-żewġ timijiet ifallu diversi free-throws fl-aħħar sekondi, l-iskor baqa’ ma nbidilx biex Mellieħa ħarġu rebbieħa 49-48.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi 3, G. Micallef, D. Pisani 4, R. Curmi, D. Debattista 3, D. C. Grimandos, M. Bonnici 6, L. Bugelli, C. Briffa, A. Costa 9, J. Ransley 15, A. Toompere 11.

Mellieħa Mr. Green: M. Farrugia 2, J. Muscat 2, S. Aquilina 15, R. Polis 11, R. Loporto 11, J. Aquilina 6, P. Cauchi,  B. Soler 2, P. Magro.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Selcon Rowles.





Leave a comment