Mellieħa Libertas ikomplu bir-rebħ

Tuesday, December 17, 2019, 22:07

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Mellieħa Libertas 102

Fusion Basketball 82

(25-23)(21-23)(24-23)(32-13)

Mellieħa Libertas kisbu rebħa oħra fil-kampjonat meta għelbu Fusion Basketball 102-82 f’partita mill-isbaħ. Għat-tieni ġimgħa konsekuttiva, din kienet l-uniku partita tal-ġurnata hekk kif fit-tieni partita Depiro ħadu walk-over kontra l-istess Fusion f’partita li kiene skedata nhar is-Sibt. Kienu Fusion li ħadu l-ewwel vantaġġ wara trippla ta’ Janko Jovancevic u marru 10-5 minn fuq. Mellieħa gew lura fosthom bil-punti ta’ Alex Perunicic u trippli minn Robert Loporto biex fetħu vantaġġ ta’ sitt punti. Fusion ġew lura u trippla ta’ Nikola Bozovic poġġiethom fuq quddiem qabel ma Mellieħa għamlu żewġ baskets oħra għal skor ta’ 25-23. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu kien hemm punti fuq kull naħa fejn Fusion kellhom it-trippli minn Nikola Mitic. Għal Mellieħa kien hemm il-punti minn Jhun Lisandrau biex marru fuq quddiem però Fusion ma ċedewx u għamlu run ta’ 10-3 u marru minn fuq. L-aħħar punti ta’ Mellieħa ġew minn trippla ta’ Nenad Stojanovski u fast break ta’ Cyril Lashimosa għal partita ta’ 46-46.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni kien hemm tmien three pointers bejn iż-żewġ timijiet li raw lil Fusion jiftħu vantaġġ ta’ sitt punti 65-59. Mellieħa rrispondew bi break ta’ 9-0 minn Perunicic, Stojanovski u Ricardo Costa biex irnexxielhom jerġgħu jieħdu vantaġġ 70-69. Fl-aħħar sessjoni Mellieħa kellhom wirja mill-aqwa speċjalment minn Stojanovski u rnexxielhom jagħqqdu run ta’ 18-2 u fetħu vantaġġ ta’ 19 –il punt. Fusion ma rnexxielhomx jirkupraw u Mellieħa għaqqdu l-mitt punt minn Anthony Schembri u rebħu l-partita 102-82.

Mellieħa: N. Stojanovski 36, A. Perunicic 17.

Fusion: N. Mitic 25, N. Mihailovic 15.

 





Leave a comment