Mellieħa jerbħu fl-aħħar u Starlites wara l-ħin barrani

Monday, February 1, 2016, 12:11

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Phoenix Frank Salt 46

Mellieħa Mr. Green 48

(11-13)(14-5)(11-12)(10-18)

Tlett baskets konsekuttivi minn Emanuel Lupo fl-aħħar minuta taw ir-rebħa lil Mellieħa Mr. Green kontra Phoenix Frank Salt wara li għal ħafna ħin dawn tal-aħħar kienu fuq quddiem. Phoenix kienu mingħajr Karl Borg u Marko Vucinic fil-waqt lul Mellieħa kellhom nieqes lil Clint Grixti. Phoenix marru fuq quddiem bil-punti ta’ Jonathan Ransley u Andras Toompere bi Steve Sammut u Michel Farrugia jwieġbu għal Mellieħa. Phoenix komplew b’sitt punti konsekuttivi però Mellieħa rkupraw u kellhom il-punti ta’ Robert Loporto fosthom trippla biex temmew l-ewwel sessjoni fuq quddiem 13-11. Fit-tieni sessjoni Mellieħa fetħu bi trippla ta’ Ben Aquilina però għall-kumplament tat-taqsima kellhom biss żewġ free-throws minn Loporto. Phoenix kellhom trippla minn Gary Micallef u run ta’ 9-0 li għalquha bi three pointer ta’ Florian Gloechner biex daħlu jistrieħu 25-18 minn fuq.

Wara l-intervall Phoenix komplew jidettaw il-partita tant li fetħu vantaġġ massimu ta’ 13 –il punt 33-20. Trippla ta’ Ian Terribile bdiet ir-rimonta ta’ Mellieħa f’run ta’ 10-3 biex reġgħu naqqsu d-distakk għal sitt punti 30-36. Fl-aħħar perjodu Mellieħa reġgħu marru minn fuq hekk kif kellhom żewġ three pointers oħra minn Terribile u Loporto. Phoenix dehru resqin lejn rebħa meta għamlu seba’ punti mingħajr risposta biex marru erbgħa minn fuq 46-42. Hawn però waslu l-baskets konsekuttivi ta’ Lupo fosthom l-aħħar wieħed b’inqas minn żewġ sekondi fuq l-arloġġ biex ħadu r-rebħa 48-46.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi 9, G. Micallef 3, D. Pisani 4, R. Curmi, C. Camenzuli 6, F. Gloechner 9, C. Briffa 8, D. Massa, J. Ransley 3, A. Toompere 4.

Mellieħa Mr. Green: M. Farrugia 8, S. Sammut 7, I. Terribile 11, R. Loporto 10, B. Aquilina 4, D. Miani, E. Lupo 8, M. Cauchi, B. Soler, P. Magro.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Starlites 87

Gżira Athleta 84

(18-17)(21-16)(24-17)(11-24)(13-10)

Starlites żammew l-imbattibilita tagħhom wara li għelbu l-isfida qawwija li offrewlhom Gżira Athleta fejn saħansitra kien meħtieġ il-ħin barrani biex ikun detereminat ir-rebbieħ. Starlites kienu mingħajr Chris Doublet u Owen Psaila fil-waqt li Athleta kellhom nieqsa lil Francesca Mifsud Bonnici u Martin Krastev. Starlites ħadu l-ewwel vantaġġ meta kellhom il-punti ta’ Thomas Grech, Alec Felice Pace u trippla ta’ Ivan Mitrovic. Huma fetħu vantaġġ doppju 18-9 però Athleta kellhom il-punti minn Martin Berisha biex naqqsu d-distakk għal punt 17-18 fi tmiem l-ewwel sessjoni. Starlites reġgħu fetħu qawwi fit-tieni sessjoni b’run oħra ta’ 10-0 b’aktar punti minn Mitrovic u Grech flimkien ma’ Miguel Falzon. Athleta rrispondew għal darb’oħra permezz ta’ Berisha flimkien ma trippla ta’ Stefan Vincic u Miguel Gauchi Montaldo. Iż-żewġ timijiet baqgħu viċin ta’ xulxin għalkemm Starlites għalqu t-taqsima b’punti konsekuttivi ta’ Anthony Schembri u Felice Pace bies daħlu jistrieħu 39-33 minn fuq.

Fit-tielet perjodu Athleta naqqsu d-distakk għal punt wara trippla ta’ Luca Stefanovic. Starlites irkupraw u diversi punti minn Schembri u Mitrovic rawhom jagħqqdu break ta’ 13-2 biex fetħu vantaġġ ta’ 13 –il punt 63-50. Huma dehru resqin lejn ir-rebħa meta kienu għadhom 11 minn fuq f’nofs it-tieni perjodu 70-59. Athleta kellhom ħsibijiet oħra hekk kif kellhom il-punti konsekuttivi ta’ Joel Symons  u Stefanovic biex waslu sa punt ‘l bogħod. Fl-aħħar żewġ sekondi Joshua Aquilina kellhu żewġ free-throws fejn seta’ ta r-rebħa lil Athleta iżda għamel wieħed minn tnejn u l-partita marret għal ħin barrani 74-4. Hawn il-vantaġġ bidel l-idejn għal diversi drabi però Mitrovic kellhu żewġ three pointers kruċjali bi Starlites jagħmlu run ta’ 7-0 u żammew kontroll fl-aħħar minuti biex rebħu l-partita 87-84.

Starlites: A. Schembri 16, L. Vella , M. Azzopardi, C. Schembri 4,  M. Falzon 2, A. Felice Pace 8, I. Mitrovic 31, J, Formosa, A. Cutajar 2, T. Grech 23.

Gżira Athleta: J. Symmons 9, J. Wait, D. Buhagiar, L. Stefanovic 16 ,M. Gauchi Montaldo 12, A. Baldacchino 2, J. Aquilina 15, R. Bezzina, S. Vincic 7, M. Berisha 22, M. Cilia.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites

6

6

0

12

445

391

Athleta

7

4

3

11

429

435

Mellieħa Mr. Green

6

4

2

10

396

352

Phoenix Frank Salt

7

1

6

8

409

476

St. Nicholas Suns

6

1

5

7

328

353





Leave a comment