- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Mellieħa jagħtu l-ewwel telfa lil SN Suns

Posted By sportinmalta1 On January 14, 2014 @ 10:58 pm In Basketball,Featured | No Comments

Mellieħa Tritones 52

Phoenix The Chef Bistro 58

(12-10)(16-11)(4-15)(20-22)

Phoenix The Chef Bistro irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Mellieħa Tritones 58-52 biex qabżuhom fil-klassifika, Melliħa ħassew in-nuqqas ta’ Samuel Aquilina li weġġa’ ġimgħa ilu u għal Phoenix irritorna Antoine Costa. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat bi three pointer fuq kull naħa minn Oliver Sammut u Darren Debattista għal skor ta’ 7-7 fis-sitt minuta. Sammut kellhu trippla oħra biex Mellieħa temmew is-sessjoni basket minn fuq 12-10. Basket ta’ Costa fil-ftuħ tat-tieni taqsima ġab l-iskor indaqs iżda Mellieħa kellhom żewġ trippli ta’ Rihards Polis u komplew b’run ta’ 7-0 biex marru disa’ punti minn fuq 24-15. Għal Phoenix kien hemm il-punti ta’ Luke Azzopardi u Goran Mitrovic biex Mellieħa daħlu jistrieħu seba’ minn fuq 28-21.

Wara l-intervall il-logħba daret hekk kif Mellieħa donnhom baqgħu fid-dressing room għaliex wara li għamlu l-ewwel basket, kellhom isofru run ta’ 136-0 minn Phoenix. Phoenix kellhom żewġ trippli minn Costa u diversi punti tad-debuttant Matteo Guartieri speċjalment mill-freethrow line. Is-sessjoni ntemmet b’basket fuq kull naħa bil-Phoenix fuq quddiem 36-32. L-aħħar taqsima kienet l-aktar waħda kumbattuta u wara li Mellieħa it-trippla ta’ Sammut, Phoenix wieġbu bi break ta’ 7-1 b’Costa jagħmel trippla oħra. Mellieħa għamlu ta’ 8-2 b’żewġ three pointers oħra ta’ Sammut biex waslu sa’ punt taħt l-avversarji 44-45. Punti ta’ Costa reġgħu żiedu l-vantaġġ għal Phoenix b’Mellieħa għal darb’oħra jaslu punt ‘l bogħod 50-51. Minn hemm ‘l quddiem, Phoenix kellhom il-freethrows kontinwi ta’ Guartieri biex rebħu l-partita 58-52.

Mellieħa Tritones: C. Grixti 8, M. Farrugia 2, J. Muscat 4, I. Cutajar, P. Magro, O. Sammut 17, J. Aquilina 8, R. Polis 11, P. Cauchi, G. Gauchi Grech 2, K. Cucciardi.

Phoenix The Chef Bistro: L. Azzopardi 9, M. Guartieri 14, K. Azzopardi, D. Debattista 3, R. Curmi, C. Camenzuli, G. Mitrovic 9, C. Briffa 2, A. Costa 15, J. Ransley 6, A. Toompere.

Referees: Gordon Barbara, Georgios Tsiakas

SN Suns 74

Miscela D’oro Mtarfa 59

(21-25)(14-11)(18-7)(21-16)

SN Suns komplew bit-triq tar-rebħ fejn baqgħu l-uniku team bla telfa fil-kampjonat meta għelbu lil Miscela D’oro Mtarfa 74-59 li kienu ġejjin minn rebħa posittiva fuq Mellieħa. Suns kellhom nieqsa lil Robert Mercieca u Reno Camilleri però żiedu fl-iskwadra tagħhom lil Stefan Vella. Fl-ewwel minuti tal-partita l-ebda team ma ħa vantaġġ u bi three pointers fuq kull naħa kien hemm parita 10-10. Mtarfa bdew jippressaw u għamlu run ta’13-6 b’baskets minn Josef Attard, Darryl Schembri y trippla ta’ Attard u temmew is-sessjoni 25-21 minn fuq. Il-ħeġġa ta’ Mtarfa ħalliethom fuq quddiem għal ħin twil anke matul it-tieni perjodu fejn kellhom trippla ta’ Timothy Zammit u żiedu l-vantaġġ għal disa’ punti 35-26. Suns għamlu xi sostituzzjonijiet u għamlu run ta’ 9-0 bil-punti ta’ Keith Scicluna u Igor Marjanovic biex ġabu l-iskor indaqs 35-35 però freethrow ta’ Schembri ra lil Mtarfa jidħlu minn fuq 36-35.

Wara l-mistrieħ Suns bdew bi tlett baskets konsekuttivi ta’ Alex Bianchi b’Zammit iwieġeb bi trippla għal Mtarfa. Suns komplew bi break ta’ 9-0 bl-ewwel punti ta’ Stefan Vella flimkien ma’ Marjanovic u fi tmiem it-taqsima kellhom vantaġġ ta’ 10 punti 53-43. Fir-raba’ perjodu kien hemm aktar punti minn Zammit għal Mtarfa u Marjanovic għal Suns. Suns għamlu break ieħor ta’ 10-2 biex fetħu vantaġġ ta’ 17 –il punt 69-52 u baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem u ħarġu rebbieħa 73-59.

SN Suns: A. Pace, S. Borg, K. Scicluna 13, L. Grech 7, H. Agius 11, M. Barberi 7, S. Vella 6, A. Bianchi 17, S. Cauchi, I. Marjanovic 13.

Miscela D’oro Mtarfa: J. Attard 10, A. Psaila, K. Xuereb 3, C. Calleja 2, M. Borg,  N. Grech, D. Farrugia 8, T. Zammit 16, S. Zammit 4, J. Viibe 2, D. Schembri 14.

Referees: Emanuel Mangani, Svezdan Dobrosaviljevic

Hibs 98

Lightning Mondays 30

(30-5)(18-9)(20-10)(30-6)

Hibs baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika b’rebħa oħra fuq Lightning Mondays 98-30 f’partita li kellhom iktar żgħażagħ jagħmlu d-debutt tagħhom bħal Matthew Formosa u Ryan Cortis u kellhom nieqsu fost l-oħrajn lil Svens Niedritis u Gabriel Agius. Lightning Mondays marru minn fuq wara punti minn Dinish Godwani bil-Hibs iwieġbu bi break ta’ 9-0 bi trippla ta’ Kieron Caruana. Lightning Mondays kellhom basket ieħor minn Godwani li però kien segwin minn break qawwi ta’ 19-0 minn Hibs mibdi bi trippla ta’ Luke Farrugia u magħluq b’oħra ta’ Ryan Carabott għal skor ta’ 30-5. Fit-tieni taqsima l-punti naqsu xi ftit għalkemm kien hemm it-trippli fuq kull naħa fosthom ta’ Godwani għal Lightning Mondays u Simon Attard għal Hibs. Hibs għamlu break ieħor ta’ 9-2 u daħlu jistrieħu 48-14 minn fuq.

Wara l-intervall kien hemm aktar punti minn Hibs li għamlu break ta’ 12-3 fejn Lightning Mondays kellhom trippla ta’ Luca Randazzo u Daniel Caruana. Hibs għalqu t-taqsima bi trippla oħra ta’ Caruana u baskets ta’ Chris Bugeja u Kurt Sultana għal skor ta’ 68-24. Fl-aħħar sessjoni Hibs bdew bi break ta’ 18-2 bil-baskets ta’ Kyle Vella u trippla ta’ Kamil Maruda. Caruana kellhu l-punti għal Lightning Mondays bil-Hibs iwieġbu bi break ta’ 12-2 li għalquh bi trippla ta’ Formosa 98-30.

Hibs: M. Formosa 12, K. Maruda 21, A, Baldacchino 7, L. Farrugia 16, S. Atttard 3, K. Vella 4, K. Caruana 8, C. Bugeja 6, K. Sultana 2, R. Carabott 5, R. Cortis 12, E. Lia 2.

Lightning Mondays: T. Womack 2, D. Caruana 13, L. Randazzo 3, M. Caruana, D. Godwani 12, M. Cassar, C. Mifsud.

Referees: Emanuel Mangani, Brian Sly

SN Suns 41

Mellieħa Tritones 55

(13-12)(8-7)(5-14)(15-22)

Mellieħa rkupraw mit-telfa li ħadu jumejn qabel kontra Phoenix meta għelbu lil SN Suns 55-41 biex tawhom l-ewwel telfa tal-kampjonat. Mellieħa kienu ferm differenti minn jumejn qabel speċjalment fl-attakk fejn dawwru l-ballun aħjar fil-waqt li kellhom difiża tajba. Robert Mercieca għadu nieqes għal Suns l-istess bħal Samuel Aquilina għal Mellieħa. Kienu Suns li kellhom l-aħjar bidu b’basket ta’ Alex Bianchi u trippla ta’ Michael Barberi u marru 9-2 minn fuq. Mellieħa wieġbu bi trippla minn Rihards Polis u baskets minn Joshua Aquilina però Suns kienu 13-12 minn fuq fi tmiem is-sessjoni. Fit-tieni perjodu l-punti naqsu drastikament fuq iż-żewġ naħat. Mellieħa kellhom il-punti ta’ Glenn Gauchi Grech wara li Simon Cauchi u Hubert Agius żiedu l-vantaġġ ta’ Suns. Fl-intervall, Suns kienu għadhom basket minn fuq 21-19.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni kien hemm diversi punti minn Oliver Sammut għal Mellieħa fosthom żewġ trippli u fit-tmien minuta kienu minn fuq 31-23. Suns kellhom basket minn Cauchi però Mellieħa għalqu l-perjodu minn fuq 33-26 wara basket minn Clint Grixti. Fl-aħħar taqsima Suns tħabtu biex inaqqsu d-distakk u kellhom il-punti ta’ Keith Scicluna u Barberi. Hawn iżda Mellieħa wieġbu bit-tlett three pointers, 2 minn Polis u ieħor ta’ Michel Farrugia. F’nofs is-sessjoni l-vantaġġ ta’ Mellieħa kien ta’ 14 –il punt 45-31. Suns kellhom il-punti ta’ Barberi u Grech f’run qasira ta’ 7-2 però danma kienx biżżejjed għalijhom għaliex Polis u Grixti reġgħu żiedu l-vantaġġ ta’ Mellieħa li rebħu l-partita 55-41.

SN Suns: A. Pace, S. Borg, K. Scicluna 2, L. Grech 5, H. Agius 9, M. Barberi 12, S. Vella 1, A. Bianchi 5, R. Camilleri, S. Cauchi 4, I. Marjanovic 3.

Mellieħa Tritones: C. Grixti 9, M. Farrugia 7, J. Muscat 3, P. Magro, O. Sammut 10, J. Aquilina 5, R. Polis 16, P. Cauchi, G. Gauchi Grech 5, K. Cucciardi.

Referees: Emanuel Mangani, Teemu Helenius

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Hibs

7

6

1

13

Mellieħa Tritones

8

4

4

12

St. Nicholas Suns

6

5

1

11

Phoenix The Chef Bistro

7

4

3

11

Miscela D’Oro Mtarfa

7

2

5

9

Lighting Mondays

7

0

7

7


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/mellieha-jaghtu-l-ewwel-telfa-lil-sn-suns/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.