Medalja tad-deheb minn Bezzina u tnejn tal-fidda fit-tennis

Saturday, June 1, 2013, 15:34

Is-success tal-atleti Malti fid-19 l-Edizzjoni tal-Loghob tal-Istati Zghar tal-Ewropa fil-Lussemburgu kompla bir-rebh tat-tieni medalja tad-deheb u zewg medalji ohra tal-fidda.
Eleonor Bezzina ssorprendiet meta rebħet it-tieni midalja tad-deheb għal Malta b’wirja mill-aqwa fl-10m Air Pistol . Bezzina li fl-ewwel fazi tal-kompetizzjoni fit-tielet post, spiċċat b’total ta’ 191.2 punti
Il-punteġġi kollha ta’ Bezzina f’din il-kompetizzjoni kienu: 89, 91, 95 u 86 għal total ta’ 361 punt fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni f’erba’ sets ta’ għaxar tiri l-wieħed u 191.2 fil-finali . Fi tmiem il-kompetizzoni saret il-preżentazzjoni tal-midalja lil Eleonor Bezzina mill-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello fost l-approvazzjoni tal-kontinġent Malti li attenda ghal din il-finali.
Mir-rebh tal-medalja tad-deheb ta’ Bezzina, kienet wkoll gurnata ferm importanti għat-tennis lokali fejn Malra kisbet żewġ medalji tal-fidda .Matthew Asciak u Elaine Genovese tilfu 2 – 0 fil-finali tal-Mixed Doubles fil-konfront tal-koppja ta’ Liechtenstein Timo Kranz u Stephanie Vogt . Huma tilfu s-sets 7-6 ; 7 – 5
Elaine Genovese u Roseanne Dimech tilfu l-finali tad-Doubles tan-Nisa metasfaw meghluba minn Stephanie Vogt u Kathinka Von Deichmann ta’ Liechtenstein 1 – 6 ; 6 – 7.
Filwaqt illi fil-kompetizzjoni tas-singles tat-table tennis, il-players Maltin Simon Gerada, Daniel Bajada , jessica Pace u Viktoria Lucenkova sfaw kollha eliminati, liema rizultat jista jitqies bhala wiehed ta’ dizappunt jekk wiehed jiehu in konsiderazzjoni li bejniethom gia kienu rebhu zewg medalji tal-fidda u tnejn tal-bronz.

Gertrude Zarb u Alison Borg tilfu s-semifinali tal-Beach Volley kontra l-Lussemburgu bl-iskor ta’ 2-1 sabiex issa fil-finali ghat-3 u 4 post jilghabu kontra Liechtenstein. U b’hekk se jkollhom jilagħbu fil-finali għall-midalja tal-bronż. Huma tilfu l-ewwel set 21-17, wettqu reazzjoni biex rebhu t-tieni wiehed 21-16 izda wara tilfu dak deciziv 15 – 11. Qabel din il-partita huma kienu ghelbu 2 – 0 lil Monaco izda sfaw meghuba 2-0 minn Coipru li huma finalisti kontra l-Lussemburgu f’din il-kompetizzjoni.





Leave a comment