- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Medalja tad-deheb għal-Sana Grillo fil-Ġinnastika (COJI Games 2016)

Posted By Sportinmalta On June 3, 2016 @ 11:24 am In Featured,Gymnastics,Other | No Comments

Gavin Muscat

  • Riżultati pożittivi għal kontingent tal-Kumitat Olimpiku Malti li f’dawn il-ġranet qed jieħu sehem fl-20 edizzjoni tal-Logħob tal-Gżejjer (Jeux des Isles) li qed isiru f’Mallorca. Il-kontingent Malti immexxi mid-Direttur tal-KOM Paul Sultana qed jieħu sehem fi tlett dixxiplini mit-tlettax il-dixxiplina li hemm fil-programm tal-Logħob.

L-akbar sodisfazzjon wasal fl-aħħar ġurnata tal-ġinnastika artistika fejn fl-individwali fil-kategorija ‘beam’ SANA GRILLO rebħet il-medalja tad-deheb. Dan kien it-tielet success fil-ġinnastika wara li ġurnata qabel wara li l-istess Sana Grillo rebħet il-medalja tal-bronz fil-kategorija ‘overall’, it-tim Malti magħmul minn Sana Grillo, Emma Camilleri, Niamh Agius u Leah Barber kiseb il-medalja tal-bronż fil-kategorija tat-timijiet wara Mallorca u Sqallija.

Malta qed tieħu sehem wkoll fil-ġinnastika ritmika permezz ta’ Juliana Debono u Monica Lazarova kif wkoll fit-table tennis permezz ta’ James Vella Vidal u Nicholas Pace Bonello.

Il-pajjiżi li qed jieħdu sehem  flimkien ma’ Malta huma Azores, Cape Verde, Martinique, Sqallija, Sardinja, Jersey, Korsika, Korfu’, Guyana u Gżejjer Balearici.

Sana Grillo bil-medalja tad-deheb


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/medalja-tad-deheb-ghal-sana-grillo-fil-ginnastika-coji-games-2016/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.