MDRA Motor Sport Festival 2018 in Aid of Blue Light Foundation

Friday, December 7, 2018, 9:22
L-MDRA ta kull sena torganizza Motorsport Festival fuq medda ta’ tliet ijiem fejn l-għan tiegħu dejjem ikun wieħed filantropoku. Għaldaqstant għal din is-sena il-kumitat iddeċieda li d-donazzjoniet imorru għal Blue Light Foundation.
Il-programm ta’ din is-sena ser jittella fis-7, 8 u 9 ta Diċembru.
Il-Ġimgha 7 ta’ Diċembru se jsir spetakklu bil-karozzi sportivi fejn jipparteċipaw bejniethom f’dik li tissejjaħ run what you bring.
Is-Sibt 8 ta’ Diċembru se jkun hemm spettaklu bi tlielaq tal-karozzi u muturi modifikati li jipparteċipaw fil-kwart ta’ mil (DRAG RACING CARS) fosthom Dragsters lokali.  L-MDRA bħal kull sena ħasbet biex itella’ wirja mil-isbaħ b’differenza, bis-sehem ta’ tim mill-Awstrija li ġew biex jagħtu wirja spettakolari b’karozza li huma jipparteċipaw biha fi tlielaq internazzjonali,  fejn din hija mgħammra  b’magna ta’ arjuplan (JETCAR). Karozza ta’ dan it-tip ilna ma naraw waħda bħala f’pajjiżna madwar 20 sena.
Il-Ħadd 9 ta’ Diċembru ser ikun hemm diversi dixxiplini sportivi lokali oħra, fosthom wirja mill-Malta Drifting Association (MDA),
tlielaq mill-Malta Drag Racing Association Karting Division ( MDRAKD ) u wirja mill-isbaħ ta’ vetturi sportivi, antiki, klassiċi kif ukoll moderni.
Għaldaqstant għal din l-attività l-MDRA tixtieq li fit-8 ta’ Diċembru bejn is-2.00pm u t-3.00pm, it taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija jkunu jistgħu jipparteċipaw b’żewġ muturi biex ittellgħu wirja billi jsuquhom bejniethom fit-trakka tal-kwart ta’ mil. Fil-ħin allokat għall-ispazju tal-karozzi mistennija  jippartecipaw ukoll mis-sezzjoni ta l-RIU, biex b’dan il-mod jingħaqdu ż-żewġ taqsimiet mill-isbah fi ħdan il-Korp tal-Pulizija għal parteċipazzjoni tal-MDRA Motor Sport Festival 2018 in  Aid of Blue Light Foundation.




Leave a comment