- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Mdina Knights Futsal tniedi t-tkomplija ta’ suċċess

Posted By Sportinmalta On September 24, 2015 @ 4:43 pm In Featured,Futsal,Other | No Comments

Gavin Muscat

ll-kumitat tas-sezzjoni tal-futsal tal-Università ta’ Malta, affiljata ma’ Mdina Knights FC, proġett tal-Kunsill Studenti Universitarji u l-Malta University Sports Club, ippreżenta ruħu għat-tieni staġun fil-futsal lokali.

Dan it-tim kien mibdi s-sena l-oħra fuq inizjattiva tal-istudenti universitarji, liema inizjattiva marret tajjeb għaliex finalment t-tim spiċċa f’nofs il-klassifika, jiġifieri fis-sitt post tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.

Fis-serata, ġew ippreżentati l-imsieħba l-ġodda, li se jkunu qed jgħinu lil klabb. Dawn huma Henry J. Beans, Mizzi Motors, MITA, Papier Plus Studio u RIDT. Dawn kollha se jkunu preżenti fuq il-kit il-ġdid li huwa abjad kollu bi strixxa ħamra u strixxa blu skur, liema strixxi ifissru r-rabta ta’ dan it-tim mal-Mdina Knights FC u mal-Università ta’ Malta. Imsieħba oħra huma Wine, Food and Soul u Emotion Signworks. F’din il-preżentazzjoni, il-kumitat ħabbar l-inizjattivi ġodda li din is-sena se jkun qed jaħdem fuqhom, bħal skemi għall-membri, attivitajiet karitattivi mal-RIDT u merchandise tal-klabb li se jkun bil-logo tas-sapporters (iddiżinjat minn Jean Claude Vella).

Il-kumitat ippreżenta wkoll il-websajt il-ġdida li se tkun qed tressaq il-partitarji iktar viċin.

Il-Kowċ Kyle Sultana, tkellem fuq kif għalissa għadu prematur li wieħed jaghmel miri ambizzjuzi, anke għaliex il-format tal-lig inbidel u għalhekk it-tim se jiltaqa’ anki ma’ timijiet ta’ livell għoli. Biss il-kowċ huwa kuntent bl-iskwadra li għandu u jemmen li flimkien se jġibu riżultati tajbin u rispettabli.

The players being presented


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/mdina-knights-futsal-tniedi-t-tkomplija-ta-success/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.