McDonalds Depiro u Hibs Medsea f’finali oħra

Tuesday, March 1, 2011, 19:31

minn Colin Schembri.

Bank of Valletta knock-out Nisa’

Luxol 57

McDonalds Depiro 62

(16-11)(16-19)(3-21)(22-11)

Luxol vs Depiro

Luxol vs Depiro

McDonalds Depiro eliminaw lil Luxol minn tazza oħra fejn wara li kienu rebħulhom fit-tazza Louis Borg, rebħulhom ukoll 62-57 fis-semifinali tal-Bank of Valletta knock-out. Il-partita kienet simili għas-semifinali ta’ qabel meta kienu Luxol li fetħu tajjeb bid-Depiro jirkupraw mal-ħin. Lejn it-tmiem Luxol reġa’ kellhom iċ-ċans li jsalvaw il-partita pero Depiro reġgħu ħadu vantaġġ li kkontrollaw. Luxol kellhom lura lil Emma Grech u Beverlee Zammit fil-waqt li Greta Zarb kienet nieqsa għal Depiro.Il-partita kellha bidu kwiet tant li fis-sitt minuta Depiro kienu punt minn fuq 3-2. Hawn Luxol għamlu run ta’ 7-0 inkluża trippla ta’ Mandi Sciortino biex marru fuq quddiem. Depiro wieġbu bi three pointers ta’ Kaila Agius u Sarah Pace biex naqqsu d-distakk għal basket 9-11. Fl-aħħar attakk, trippla ta’ Steffi De Martino tat vantaġġ ta’ 5 punti lil Luxol 16-11. Luxol fetħu t-tieni perjodu b’iktar trippli ta’ Sciortino u De Martino biex żiedu l-vantaġġ 22-13. Hawn Depiro wieġbu bi break ta’ 8-0 biex ġew punt il-bogħod. Luxol baqgħu fuq quddiemb’iktar three pointers ta’ Sciortino u għalkemm Depiro ippareġjaw 30-30 wara break ta’ 6-0, basket ta’ Becky Naudi poġġa lil Luxol fuq quddiem fil-halftime 32-30.

It-tielet sessjoni kienet storja differenti hekk kif Depiro bdewha b’run stupenda ta’ 15-0 inklużi tlett trippli ta’ Francesca Biancho. L-uniku risposta ta’ Luxol f’din is-sessjoni ġiet minn trippla ta’ De Martino pero’ Depiro għamlu l-aħħar sitt punti tas-sessjoni biex fetħu vantaġġ ta’ 16-il punt 51-35. Luxol urew iktar determinazzjoni fil-ftuħ tal-aħħar perjodu meta għamlu run sabiħa ta’ 15-0 li għalquha bi trippla oħra ta’ De Martinou fis-sitt minuta waslu sa basket il-bogħod 50-52. Depiro ħadu ftit tan-nifs b’basket ta’ Agius pero’ fl-aħħar 54 sekonda Luxol marru fuq quddiem 57-56 wara basket u free-throw ta’ Diana Muscat. Il-coach ta’ Depiro Brian Mifsud ħa time-out u free-throws ta’ Agius u Pace reġgħu dawwru l-iskor favur Depiro li żammew il-vantaġġ sat-tmiem u rebħu l-partita 62-57.

Luxol: E. Moore 3, M. Sciortino 14, L. Serge, B. Naudi 2, S. De Martino 27, P. Ellul, D. Muscat 7, E. Grech 2, B. Zammit 2.

McDonalds Depiro: S. Pace 15, J. Xuereb, A. Mifsud, M. Bonett, F. Biancho 17, J. Busuttil Gaerty 2, A. Borg 3, C. Sammut, E. Vella 6, S. Micallef 2, K. Agius 17

Referees: Jean Paul Sammut, Clive Terribile.

Athleta 32

Hibs Medsea 46

(2-19)(12-9)(7-14)(11-4)

Fit-tieni semi-finali kien imiss lil holders Hibs Medsea li ltaqgħu kontra Athleta u ħarġu rebbieħa 46-32. Il-coach tal-Hibs Winnie Buhagiar użat il-players kollha li kellha fil-waqt li Athleta kienu mingħajr Leanne Sciberras li se titlef il-kumplament tal-istaġun. Kif mistenni Hibs fetħu qawwi tant li għamlu run ta’ 14-0. L-ewwel risposta ta’ Athleta ġiet fid-9 minuta minn basket ta’ Francesca Farrugia qabel ma’ Hibs żiedu d-distakk bi trippla ta’ Kirsten Baldacchino u basket ta’ Joselle Cardona biex temmew is-sessjoni 19-2 minn fuq. Hibs komplew ikabbru l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni perjodu wara break ta’ 7-2 li għalquh bi trippla ta’ Emma Micallef. Minn hemm il-quddiem kellna biss punti tal-Athleta li għamlu run ta’ 10-0 inkluża trippla ta’ Dana McKeon biex fil-mistrieħ Hibs kellhom vantaġġ doppju 28-14.

Iż-żewġ timijiet qablu li ma jieqfux għal half time u fit-tielet sessjoni l-punti naqsu xi ftit. Hibs bdew b’żewġ baskets konsekuttivi b’Chantelle Mifsud twieġeb għall-Athleta. Is-sessjoni għalqet b’żewġ baskets fuq kull naħa bil-Hibs ikabbru l-vantaġġ għal 21 punt 42-21. Athleta fetħu l-aħħar perjodu b’run ta’ 6-0 bil-punti ta’ Lonnecke Calleja. Hibs wieġbu b’żewġ baskets ta’ Doreen Micallef pero’ kienu Athleta li għamlu l-aħħar 5 punti tal-partita bil-Hibs joħorġu rebbieħa 46-32.

Athleta: L. Calleja 5, M. Azzopardi Duca, G, Muscat, D. McKeon 3, R. Sciberras, F. Farrugia 8, K. Busuttil 9, C. Mifsud 7.

Hibs Medsea: E. Micallef 5, E. Cassar 2, M. Zammit, L. Bezzina 3, F. Tabone 2, M. Desira 4, D. Micallef 8, N. Arrigo 4, K. Baldacchino 3, J. Cardona 15, C. Schiavone.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile





Leave a comment