McDonalds Depiro jirbħu l-partita prinċipali

Thursday, December 2, 2010, 13:38

DETUR SHIELD NISA

minn Colin Schembri.

Luxol 61
Athleta 53

(16-6)(19-10)(16-18)(10-19)

Kif mistenni Luxol kisbu post fis-semifinali tad-Detur Shield meta għelbu lil Athleta 61-53. Luxol kienu mingħajr Louisa Serge, Becky Naudi u Lara Chetchuti fil-waqt li Athleta rkupraw lil Rhian Spiteri imma kellhom nieqsa lil Dorien Jaeger u Francesca Farrugia. L-ewwel sitt punti tall-partita ġew minn Luxol qabel ma Marusca Azzopardi wieġbet għall-Athleta. Fis-sitt minuta Luxol kienu 10-4 minn fuq u sitt punti konsekuttivi ta’ Emma Moore kabbrulhom il-vantaġġ 16-6 fi tmiem l-ewwel sessjoni. Luxol fetħu t-tieni perjodu b’run ta’ 10-3 biex f’nofs is-sessjoni kienu 26-9 minn fuq. Punti minn Beverlee Zammit u Mandi Sciortino komplew ikabbru l-vantaġġ tall-vjola b’Leanne Sciberras twieġeb għall-Athleta. Fill-halftime Luxol kienu 19-il punt minn fuq 35-16.

Fit-tielet sessjoni Luxol bdew bill-punti ta’ Jessica Carbonell b’l-Athleta jwieġbu b’seba punti ta’ Sciberras fosthom trippla biex id-distakk niżel għal 16-il punt 24-40. Run oħra ta’ 7-0 minn Luxol kabbritilhom il-vantaġġ pero’ kienu Athleta li għalqu l-perjodu b’run ta’ 8-1 għal skor ta’ 51-34 favur Luxol fi tmiem is-sessjoni. Luxol fetħu l-aħħar sessjoni b’iktar punti minn Carbonell bi Spiteri tirrispondi għal Athleta. Wara li Luxol fetħu vantaġġ ta’ 21 punt 61-40 kienu l’Athleta li għamlu l-aħħar 13-il punt tall-partita biex ġabu l-iskor aktar rispettabli bil-Luxol joħorġu rebbieħa 61-53.

Luxol: E. Moore 10, M. Sciortino 4, K. Portelli, S. De Martino 9, T. De Martino, P. Ellul 6, D. Muscat 2, J. Carbonell 17, E. Grech 3, B. Zammit 10.

Athleta: R. Sciberras, L. Calleja 4, L. Sciberras 18, M. Azzopardi Duca 2 , R. Spiteri 12, G. Muscat, C. Galea 9, K. Busuttil 6, C. Mifsud 2

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile

St. Andrews 43

Starlites Sports Experience 37

(16-11)(9-8)(13-11)(6-7)

St. Andrews għamluhom żewġ rebħiet fuq Starlites dan l-istaġun meta wara r-rebħa fill-kampjonat għelbuhom ukoll fis-shield. Starlites kellhom nieqsa lil Charlotte Riolo fil-waqt li Sandro Farrugia kien qiegħed imexxijhom minn fuq il-bank. Starlites kellhom bidu tajjeb fejn marru 7-0 minn fuq inkluża trippla minn Lara Pisani. St. Andrews wieġbu bill-punti ta’ Elaine Cachia u Justine Mangion biex fit-tmien minuta ippareġjaw il-logħba 11-11. Is-Saints wa waqfux hawn u trippla ta’ Josette Calleja fetħitilhom vantaġġ ta’ 5 punti fi tmiem l-ewwel sessjoni 16-11. Starlites fetħu t-tieni sessjoni b’run ta’ 6-2 biex fir-raba’ minuta naqqsu d-distakk għal punt 17-18. Ir-reazzjoni ta’ St. Andrews ġiet b’run ta’ 7-2 biex sal-halftime reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 6 punti 25-19.

St. Andrews għamlu l-ewwel sitt punti tat-tielet perjodu biex kabbru l-vantaġġ għal 12-il punt 31-19. Ariana Grixti wieġbet għal Starlites pero punti minn Calleja ħallew l-istess distakk f’nofs is-sessjoni 35-23. Trippla ta’ Pisani ġiet imwieġba b’oħra ta’ Calleja pero baskets ta’ Samantha Tabone u Marylou Cutajar raw lil Starlites inaqqsu d-distakk għal 8 punti 30-38. L-aħħar sessjoni kienet nieqsa ferm mil-punti fejn wara li Starlites fetħu bit-tielet trippla ta’ Pisani f’nofs is-sessjoni ġiet ir-risposta ta’ St. Andrews  b’basket ta’ Nadia Cassar. Fl-aħħar żewġ minuti St. Andrews kienu għadhom 43-35 u ħallew lil Starlites jagħmlu basket wieħed biss u ħarġu rebbieħa 43-37.

St. Andrews: M. Caruana, N. Cassar 4, J. Calleja 20, N. Scicluna, I. Galea, E. Cachia 8, J. Mangion 2, R. Zammit Mamo, R. Magro4, M. De Martino 6.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia 4, A. Grixti 6, S. Tabone 4, L. Pisani 9, C. Spiteri 4, L. Pirotta 4, N. Attard, C. Scicluna, C. Scicluna 2, M. Cutajar 6.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani

Alyssa Ashley Loyola 55
Guzelpinar Imtarfa 42

(17-8)(8-8)(12-14)(18-12)

Alyssa Ashley Loyola saru t-tieni team li kwalifika minn Grupp B wara r-rebħa fuq Guzelpinar Imtarfa 55-42. Loyola għamlu l-ewwel break ta’ 6-2. Diane Falzon bdiet twieġeb għal Imtarfa li fit-tmien minuta  naqqsu d-distakk għal basket 8-10. L-aħħar punti tal-ewwel sessjoni ġew minn Loyola bi trippla ta’ Jean Doughty u punti ta’ Denise Said Hollier għal skor ta’ 17-8. Kellhom jagħddu 4 minuti logħob fit-tieni perjodu biex waslu l-ewwel punti b’basket ta’ Fiona Schembri għall-Loyola. Iż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin kontinwament fi skor baxx ta’ 8-8 biex Loyola baqgħu 9 minn fuq 25-16.

Mtarfa bdew tajjeb fit-tielet perjodu b’run ta’ 9-2 fosthom trippla ta’ Carina Gauchi Meilak biex naqqsu d-distakk għall-basket 25-27. Hawn waslet ir-reazzjoni ta’ Loyola b’run ta’ 10-2 b’Sammy Jo Barbara tispikka. Pero kienu Mtarfa li għalqu s-sessjoni bi trippla ta’ Gaby Mifsud għal skor ta’ 37-30 favur Loyola. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni kien hemm żewġ baskets konsekuttivi għal Loyola b’Martina Mifsud twieġeb bi trippla għal Imtarfa. Punti konsekuttivi minn Adalia Bonanno ħallew lil Loyola 10 minn fuq 49-39. L-aħħar sforz ta’ Mtarfa wassalhom sa 7 punti l-bogħod pero kienu Loyola li għalqu l-partita b’iktar punti minn Barbara u Doughty għal skor finali ta’ 55-42.

Alyssa Ashley Loyola: J. Doughty 7, F. Schembri 4, E. Falzon , M. Gatt, D. Said Hollier 6, A. Bonanno 18, G. Torpiano, A. Sciberras 6, F. Camilleri, S.J. Barbara 14, K. Gouder.

Guzelpinar Imtarfa: M. Abela 5, D. Falzon 6, Y. Muscat, C. Gauchi Meilak 6, M. Mifsud 3, M. Agius, N. Said, M. Azzopardi, G. Mifsud 6, A. Demanuele 12

Referees: Brian Sly, Jennifer Mangani

McDonalds Depiro 51

Hibs Medsea 37
(17-10)(9-7)(7-11)(18-9)

McDonalds Depiro kisbu rebħa ferm importanti kontra c-champions Hibs Medsea bl-iskor ta’ 51-37 biex issa huma se jevitaw lil Luxol fis-semifinali. Għal Depiro din kienet it-tmien rebħa infila fejn wara li tilfu kontra l-istess Hibs fl-ewwel partita tal-kampjonat ma ħarsux lura. Wara li Joselle Cardona għamlet l-ewwel basket ta’ Hibs Depiro wieġbu b’run ta’ 9-0 b’sitt punti ta’ Francesca Biancho u trippla ta’ Sarah Pace. Hibs waqqfulhom din ir-run bill-punti ta’ Lucienne Bezzina friska mir-rebħ tal-Miles Express player tax-xahar ghal Ottubru. Kien hemm ukoll il-punti ta’ Doreen Micallef għal Hibs pero żewġ trippli oħra minn Depiro kabbrulhom il-vantaġġ 15-6. Baskets minn Cardona u Nadia Arrigo ressqu lil Hibs viċin pero’ Depiro kien 17-10 minn fuq fi tmiem l-ewwel sessjoni. Fit-tieni perjodu l-punti naqqsu bil-Hibs ikunu għadhom 5 minn taħt f’nofshu 15-20. Depiro għamlu trippla permezz ta’ Greta Zarb u fil-mistrieħ kienu 9 punti minn fuq 26-17.

Hibs tilfu lil Alexis Darmanin b’injury fil-ftuħ tat-tielet perjodu u sa nofs is-sessjoni kienu għadhom 7 minn taħt 21-28. Trippla oħra ta’ Pace kabbret il-vantaġġ ta’ Depiro bil-Hibs jirrispondu bi break ta’ 7-2 u fi tmiem is-sessjoni naqqsu d-distakk għal ħames punti 28-33. Fil-ftuħ tal-aħħar perjodu kellna freethrows żbaljati fuq iż-żewġ naħat qabel ma Depiro għamlu run ta’ 9-2 inklużi żewġ trippli oħra ta’ Biancho biex fetħu vantaġġ ta’ 12-il punt 42-30. Hibs bdew jiżbaljaw fl-attakki tagħhom u Depiro għamlu 5 punti oħra wara xulxin. Depiro issa kellhom il-partita f’idejhom u baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem biex ħarġu rebbieħa 51-37.

McDonalds Depiro: S. Pace 10, G. Zarb 11, J. Xuereb, A. Mifsud, M. Bonett, F. Biancho 12, J. Busuttil Gaerty, A. Borg 3, C. Sammut, E. Vella, S. Micallef 2, K. Agius 13

Hibs Medsea: E. Micallef, E. Cassar, M. Zammit, L. Bezzina 7, F. Tabone, D. Micallef 6, A. Darmanin 2, N. Arrigo 3, K. Micallef 3, J. Cardona 16, C. Schiavone

Referees: Emanuel Mangani, Jean Paul Sammut





Leave a comment