McDonalds Depiro jikkwalifikaw wara żewġ konfronti kumbattuti u Luxol b’rebħ faċli

Tuesday, December 6, 2011, 18:30

minn Colin Schembri

TAZZA LOUIS BORG NISA

 

Luxol 78

Phoenix Mendoza Qormi 30

(19-4)(14-14)(23-6)(22-6)

 

Loyola vs Depiro

Loyola vs Depiro

Kif mistenni c-champions Luxol fetħu vantaġġ qawwi sa’ mill-ewwel leg tar-round preliminari tat-tazza Louis Borg meta għelbu lil Phoenix Mendoza Qormi 78-30. Luxol kienu mingħajr Beverlee Zammit li kienet sospiża għal żewġ partiti u Phoenix kienu mingħajr Carina Gauchi Meilak. Baskets minn Mandi Sciortino u Greta Zarb taw l-ewwel vantaġġ lil Luxol. Hawn tkeċċa l-coach ta’ Phoenix Duncan Cilia wara żewġ technical fouls u Luxol għalqu s-sessjoni b’run ta’ 13-2 u marru 19-4 minn fuq. It-tieni perjodu kien l-aktar wieħed bilanċjat fejn Phoenix naqqsu d-distakk għal 10 punti wara trippla minn Nicola Said. Luxol wieġbu b’baskets ta’ Sarah Pace u freethrows ta’ Amelie Paul u fil-mistrieħ kienu 33-18 minn fuq.

Wara l-intervall Phoenix fetħu b’basket ta’ Vanessa Agius pero’ hawn Luxol għamlu run ta’ 17-0. Phoenix waqqfu din ir-run b’żewġ baskets minn Fiona Micallef pero’ l-aħħar sitt punti ġew minn Luxol għal skor 56-24. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni Phoenix żammew il-pass ma’ l-avversarji fl-ewwel ħinijiet bil-Luxol jibqgħu 31 punt minn fuq 61-30. Hawn pero’ wasal break ieħor qawwi minn Luxol ta’ 17-0 biex għalqu l-partita fuq skor finali ta’ 78-30.

 

Luxol: S. Pace 11, M. Sciortino 12, B. Naudi 15, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 12, P. Ellul 2, A. Paul 4, D. Muscat 6, L. Chetcuti 7, C. Medina 4, M. Darmanin 5.

Phoenix Mendoza Qormi: V. Agius 2, F. Micallef 10, V. Mifsud Tommasi 2, M. Agius 6, N. Said 4, D. Zammit, H. Potieny 6, C.M. Vella.

Referees: Gordon Barbara, Luke Camilleri.

 

McDonalds Depiro 45

Alyssa Ashley Loyola 43

(8-6)(18-18)(16-6)(13-13)

 

F’partita missielta ferm iktar minn ta’ qabilha McDonalds Depiro għelbu lil Alyssa Ashley Loyola 45-43 u din il-preliminari għadha miftuħa beraħ. Kellhu jkun basket ta’ Samantha Brincat mal-horn finali li ta rebħa lil players ta’ Adrian Mifsud. Fl-ewwel seba’ minuti l-punti ġew biss minn Depiro f’run ta’ 8-0. Imbagħad kienu Loyola li wieġbu b’sitt punti u temmew is-sessjoni 6-8 minn taħt. Il-partita baqgħet f’bilanċ totali għalkemm trippla ta’ Steffi De Martino tat vantaġġ ta’ 5 punti lil Depiro 15-10. Wara li Depiro kabbru d-distakk għal 7 punti, Loyola wieġbu bil-baskets ta’ Laura Denooz u waslu sa’ punt il-bogħod 18-19. Iż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin sal-intervall biex Depiro daħlu jistrieħu 26-24 minn fuq.

It-tielet sessjoni kienet nieqsa mill-punti fejn wara li Loyola ppareġjaw b’basket ta’ Emma Moore, Depiro reġgħu ħadu l-vantaġġ bil-punti ta’ Andrea Mifsud u Antoinette Borg flimkien ma’ basket ta’ Brincat. Is-sessjoni għalqet kif bdiet b’basket ta’ Moore għal skor ta’ 32-30 favur Depiro. F’nofs l-aħħar sessjoni Loyola rnexxielhom imorru minn fuq għall-ewwel darba wara diversi punti minn Christina Grima 36-34. Depiro wieġbu bi trippla ta’ Brincat u basket ta’ De Martino pero free-throws ta’ Abigail Sciberras ippareġjaw il-partita mill-ġdid 40-40. Fl-aħħar 40 sekonda kien għad hemm parita 43-43 wara trippla ta’ Jean Doughty għal Loyola pero’ Brincat għamlet il-basket finali fl-aħħar attakk tal-logħba u tat ir-rebħa lil Depiro 45-43.

 

McDonalds Depiro: A. Mifsud 1, G. Mifsud, J. Xuereb, S. Brincat 14, M. Scicluna, M. Mifsud, T. De Martino 3, A. Borg 13, C. Sammut 2, E. Vella, S. Micallef 3, S. De Martino 11.

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 8, C. Grima 14, J. Doughty 7, L. Denooz 4, D. Hollier, K. Tonna, A. Bonnano, J. Mangion, A. Sciberras 4, S.J. Barbara 6.

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro

 

Phoenix Mendoza Qormi 30

Luxol 74

(8-24)(7-17)(4-19)(11-16)

 

Bir-rebħa konvinċenti li kisbu fl-ewwel partita, Luxol ma kellhom l-ebda dubju li se jaslu sas-semifinali tat-tazza Louis Borg. Fit-tieni partita huma reġgħu kisbu rebħa kbira fuq Phoenix Mendoza Qormi 74-30. Kif juri l-iskor, Luxol qatt ma sabu diffikulta i mal-ewwel fetħu qawwi b’run ta’ 15-3 b’diversi punti minn Becky Naudi u Mandi Sciortino. Fit-tmien minuta Phoenix għamlu basket pero’ Luxol għalqu b’run ta’ 9-3 u temmew is-sessjoni 24-8 minn fuq. Sa’ nofs it-tieni sessjoni l-punti ġew bil-mod pero’ wara Luxol għamlu break ta’ 11-2 u sal-intervall fetħu vantaġġ ta’ 26 punt 41-15.

Il-partita baqgħet f’idejn il-Luxol u fit-tielet sessjoni ħallew lil Phoenix b’żewġ baskets biss. Huma għamlu run ta’ 14-2 u s-sessjoni ntemmet 60-19 favur Luxol. Phoenix fetħu l-aħħar perjodu bi break ta’ 6-0 bil-Luxol jagħmlu run ta’ 10-2 bi trippla ta’ Sciortino u rebħu l-partita 74-30.

 

Phoenix Mendoza Qormi: V. Agius, F. Micallef 19, V. Mifsud Tommasi, M. Agius, N. Said 5, H. Potieny 4, C.M. Vella 4.

Luxol: S. Pace 8, M. Sciortino 15, B. Naudi 15, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 11, P. Ellul 2, A. Paul 8, D. Muscat 4, L. Chetcuti 2, C. Medina 7, M. Darmanin.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.

 

Alyssa Ashley Loyola 47

McDonalds Depiro 48

(8-9)(12-9)(17-4)(10-24)

 

F’partita oħra missielta, Depiro għelbu lil Alyssa Ashley Loyola 48-47 biex wara li rebħu l-ewwel leg 45-43 għaddew għas-semifinali b’aggregate skor ta’ 93-90. Partita li nbidlet wara l-mistrieħ u kull team seta’ kkwalifika għar-round li jmiss. Depiro għamlu l-ewwel ħames punti tal-partita bi trippla ta’ Samantha Brincat. Huma kabbru l-vantaġġ 9-4 qabel ma Abigail Sciberras u Emma Moore għalqu s-sessjoni għal Loyola 8-9. Fit-tieni sessjoni Loyola dawwru l-iskor favur tagħhomu fis-sitt minuta kienu 14-11 minn fuq. Depiro wieġbu b’run ta’ 7-2 biex reġgħu ħadu l-vantaġġ imma l-aħħar punti tas-sessjoni ġew minn Moore u Christina Grima biex fl-intervall Loyola kienu basket minn fuq 20-18 u f’parita bl-aggregate.

It-tielet sessjoni kienet dominata minn Loyola li approfittaw mid-difiża statika ta’ Depiro. Wara li sar-raba’ minuta kienu 5 minn fuq, Loyola komplew b’run ta’ 11-1 biex fetħu vantaġġ qawwi ta’ 15 –il punt 37-22. Ħafna ħasbu li l-partita ntemmet pero’ Depiro kellhom ħsibijiet oħra u dak li deher impossibli rnexxielhom iwettquh. Steffi De Martino bdiet rimonta bil-freethrows u trippla pero fis-sitt minuta Denise Hollier wieġbet għall-Loyola. Hawn Depiro għamlu run ta’ 14-2 biex reġgħu ħadu vantaġġ ta’ punt 43-43 fl-aħħar minuta. Loyola ppruvaw isalvaw il-partita bil-punti ta’ Abigail Sciberras pero’ free-throws ta’ Brincat u Martina Mifsud taw ir-rebħa lil Depiro 48-47 li ġustament iċċelebraw dan is-suċċess fi tmiem il-partita.

 

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 12,  C. Grima 9, J. Doughty 4, L. Denooz 4, D. Hollier 6, K. Tonna, A. Bonnano, J. Mangion 3, A. Sciberras 9, S.J. Barbara.

McDonalds Depiro: A. Mifsud 5, G. Mifsud, J. Xuereb, S. Brincat 18, M. Scicluna, M. Mifsud 1, T. De Martino, A. Borg 5, C. Sammut, E. Vella, S. Micallef 2, S. De Martino 17.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

 





Leave a comment