McDonalds Depiro bil-ħames rebħa b’wirja mill-aqwa

Wednesday, February 15, 2012, 12:22

minn Colin Schembri

KAMPJONAT MSV LIFE NISA

Starlites Sports Experience 32

Hibs Melita Gardens 89

(2-27)(6-18)(7-20)(18-24)

 

Depiro vs Loyola

Depiro vs Loyola

Hibs Melita Gardens ma kellhomx diffikulta jirritornaw għar-rebħ fil-kampjonat meta għelbu lil Starlites Sports Experience 89-32. Starlites kienu mingħajr Christine Spiteri, Christine Scicluna u Lyndsey Pirotta. Hibs kellhom nieqsa lil Alexis Cutajar u Maria Desira kienet biss spettatriċi. Il-partita bdiet bil-Hibs jagħmlu l-ewwel 21 punt fl-ewwel 8 minuti. L-uniku risposta ta’ Starliteskienu żewġ freethrows ta’ Ariana Grixti bil-Hibs jagħlqu l-perjodu b’sitt punti oħra. It-tieni sessjoni bdiet bi 12 –il punt konsekuttiv minn Hibs b’Nadia Arrigo tibda din ir-run. Starlites għamlu żewġ baskets pero’ fl-intervall Hibs kienu 45-8 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni l-andament baqa’ l-istess għalkemm il-Hibs daħlu diversi players żgħażagħ. F’nofs il-perjodu tkeċċa l-coach ta’ Starlites fuq xi rimarki bil-Hibs jagħlqu s-sessjoni b’run ta’ 11-2 u fetħu vantaġġ ta’ 50 punt 65-15. Fl-aħħar sessjoni Hibs komplew jinqatgħu wara baskets konsekuttivi minn Elena Cassar. Arrigo u Kristina Gatt għamlu żewġ trippli għal Hibs bi Starlites wieġbu permezz ta’ Marylou Cutajar u Amanda Farrugia li kienu attivi ferm f’din is-sessjoni biex Hibs ħarġu rebbieħa.

 

Starlites Sports Experience: A. Farrugia 15, C. Riolo, A. Grixti 2, S. Tabone 2, S. Cutajar, S. Davies, N. Attard, M.C. Cilia 3, C. Scicluna 3. M. Cutajar 10.

Hibs Melita Gardens: J. Scerri 2, E. Cassar 22, M. Zammit 4, L. Bezzina 8, M. M. Desira, K. Gatt 5, F. Mifsud, N. Arrigo 13, K. Baldacchino 3, J. Cardona 21, L. Gipson 11.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile.

 

Luxol 100

Phoenix Mendoza Qormi 31

(33-2)(20-13)(29-10)(18-6)

 

Luxol kisbu r-raba’ rebħa tal-kampjonat meta b’mod faċli għelbu lil Phoenix Mendoza Qormi 100-31. Luxol irkupraw lil Becky Naudi pero’ kienu mingħajr Mandi Sciortino. Phoenix kellhom lil Daniela Zammit u Maria Rita Agius neqsin. Inċident kurjuż kien meta ħarġet tilgħab player ta’ Phoenix li l-uffiċjali tal-mejda ndunaw li ma kienitx reġistrata u l-partita twaqqfet għal xi ħin. Il-bqija l-partita kienet ta’ sens uniku u ddominata minn Luxol sa mill-bidu meta bdew b’run kbira ta’ 33-0 bi trippla ta’ Beverlee Zammit u diversi baskets ta’ l-Amerikana Robin Murphy u Sarah Pace. Fit-tieni sessjoni Phoenix marru aħjar bi break ta’ 12-5 b’punti ta’ Carina Gauchi Meilak b’Zammit tagħmel it-tieni trippla tagħha għac-champions. Pero’ Luxol għalqu s-sessjoni b’run ta’ 13-0 u daħlu jistrieħu 53-15 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Phoenix żammew il-pass mal-avversarji fl-ewwel minuti pero’ Murphy u Pace baqgħu jispikkaw għal Luxol f’run oħra qawwija ta’ 19-2 għal skor ta’ 82-25. Luxol bdew l-aħħar perjodu b’run oħra ta’ 12-2 meta Phoenix bdew jagħmlu turnover wara l-oħra. Phoenix għamlu l-aħħar żewġ baskets tagħhom qabel ma’ Luxol għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Clementina Medina u jerbħu 100-31.

 

Luxol: S. Pace 20, C. Boena Medina 15, B. Naudi 4, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 8, P. Ellul 11, R. Murphy 25, D. Muscat 4, K. Portelli 2, B. Zammit 11.

Phoenix Mendoza Qormi: M. Abela 3, V. Agius 4, F. Micallef, C.Gauchi Meilak 12, M. Agius, N. Said 2, H. Potigny 8, C.M. Vella, A. Camilleri, L. Mifsud 2.

Referees: Clive Terribile, Steve Gouder.

 

McDonalds Depiro 65

Alyssa Ashley Loyola 54

(14-12)(15-10)(20-18)(26-14)

 

McDonalds Depiro baqgħu mingħajr telfa fil-kampjonat meta f’konfront dirett għelbu lil Alyssa Ashley Loyola 54-54 biex tawhom l-ewwel telfa. Kienet wirja ta’ karattru mil-players ta’Adrian Mifsudhekk kif Depiro kellhom żewġ elementi ferm importanti nieqsa. Kemm l-Amerikana Vontisha Woods kif ukoll Samantha Brincat kienu nieqsa għal Depiro fil-waqt li għal Loyola ġiet lura Kristy Tonna. Il-partita fetħet bi trippla fuq kull naħa u wara baskets ta’ l-Amerikana Desarae Johnson għal Loyola, Depiro ħadu vantaġġ bi trippli ta’ Francesca Biancho u Steffi De Martino flimkien ma’ baskets minn Antoinette Borg. Johnson naqqset id-distakk sa’ tmiem is-sessjoni 12-14. Depiro reġgħu fetħu tajjeb fit-tieni sessjoni meta fl-ewwel erba’ minuti bi break ta’ 7-2. Minkejja l-punti ta’ Johnson, Depiro żiedu l-vantaġġ b’baskets ta’ Andrea Mifsud u Borg flimkien ma De Martino biex daħlu jistrieħu 7 minn fuq 29-22.

Fl-ewwel nofs tat-tielet sessjoni il-vantaġġ ta’ Depiro kompla jikber b’run ta’ 11-2. Bid-difiża żona ta’ Depiro taħdem b’mod perfett, Loyola bdew isibu diffikulta biex jagħmlu l-punti għalkemm Johnson kompliet tirsisti. Pero’ lejn tmiem il-perjodu żewġ trippli ta’ Borg raw lil Depiro jtemmu l-perjodu 49-40 minn fuq. Huma bdew l-aħħar sessjoni bi break ieħor ta’ 6-0 b’punti minn Mifsud u Borg. Loyola għamlu rimonta meta De Martino ġiet fouled out pero’ waslu biss sa’ 7 punti 49-56. Minn hemm il-quddiem sensiela ta’ freethrows minn Depiro ħallewhom fuq quddiem biex rebħu l-partita 65-54 u baqgħu f’ras il-klassifika.

 

McDonalds Depiro: A. Mifsud 9, G. Mifsud, J. Xuereb, M. Mifsud, M. Scicluna, F. Biancho 13, T. De Martino 1, A. Borg 23, C. Sammut, E. Vella 1, S. Micallef 1, S. De Martino 17.

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 2, C. Grima 9, J. Doughty 2, D. Hollier 7, K. Tonna, A. Bonanno, J. Mangion, A. Sciberras 4, S.Schembri Wismayer, S.J. Barbara, D. Johnson 30

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani

 

Klassifika Kampjonat MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
McDonalds Depiro

5

5

0

10

430

227

Luxol

4

4

0

8

318

178

Alyssa Ashley Loyola

4

3

1

7

275

195

HibsMelitaGardens

5

2

3

7

329

221

Athleta

4

1

3

5

228

234

Starlites Sports Experience

4

0

4

4

131

287

PhoenixMendozaQormi

4

0

4

4

85

354

 





Leave a comment