Mc Donalds Depiro u Luxol jirbħu qabel il-konfront dirett

Thursday, April 5, 2012, 11:52

minn Colin Schembri

KAMPJONAT MSV LIFE NISA

 

McDonalds Depiro 87

Phoenix Mendoza Qormi 22

(20-0)(26-5)(19-10)(22-7)

 

Loyola vs Depiro

Loyola vs Depiro

McDonalds Depiro kisbu rebħa faċli fuq Phoenix Mendoza Qormi bl-iskor ta’ 87-22. Huma kienu superjuri għall-avvesersarji mill-bidu nett minkejja li kienu mingħajr Francesca Biancho u Samantha Brincat. Phoenix kienu mingħajr Carina Gauchi Meilak li weġġat fl-aħħar partita u se titlef il-kumplament tal-istaġun. Depiro għamlu l-punti kollha ta’ l-ewwel sessjoni li rebħuha 20-0 fejn bdewha b’baskets ta’ Steffi De Martino u punti ta’ Vontisha Woods b’Antoinette Borg ukoll tagħmel basket. It-tieni perjodu fetaħ bil-punti ta’ Phoenix bi trippla ta’ Martha Abela u basket ta’ Vanessa Agius. Pero’ minn hemm il-quddiem reġgħu kienu Depiro biss li għamlu l-punti meta bdew bi trippla ta’ De Martino f’run ta’ 26-0. Żgħażagħ bħal Christine Sammut, Justine Xuereb u Martina Mifsud ukoll niżżlu ismimhom fost l-iskorers għal skor ta’ 46-5 fl-intervall.

Wara l-mistrieħ reġgħu kienu Phoenix li għamlu l-ewwel punti fosthom trippla ta’ Helen Potigny. Hawn Depiro għamlu run oħra ta’ 15-1 biex fi tmiem is-sessjoni kienu 50 punt minn fuq 65-15. Fir-raba’ sessjoni ftit li xejn kien hemm tibdil fl-andament tal-partita bid-Depiro jibdew bi break ta’ 11-2 b’iktar punti minn De Martino. L-aħħar risposta ta’ Phoenix ġiet minn punti ta’ Nicola Said qabel ma Depiro għamlu l-aħħar 8 punti biex rebħu l-partita 87-22.

 

McDonalds Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 2, J.Xuereb 3, M. Mifsud 5, V. Woods 21, M. Scicluna 4, T. De Martino 2, A. Borg 7, C. Sammut 11, M. Bonett 7, S. Micallef 1, S. De Martino 24.

Phoenix Mendoza Qormi: M. Abela 4, V. Agius 4, F. Micallef 2, V. Mifsud Tommasi 2, M. Agius, N. Said 7, M.R. Agius,  H. Potigny 3, A. Camilleri.

Referees: Luke Camilleri, Robert Darmanin

 

Luxol 51

Hibs Melita Gardens 48

(17-13)(13-16)(6-8)(15-11)

 

22 sekonda minn tmiem il-partita basket ta’ Lena Gipson poġġa lil Hibs Melita Gardens 48-47. Pero’ Luxol wieġbu b’basket immedjatament u serqu l-ballun ta’ wara biex ħadu r-rebħa 41-48 u għamlu double fuq l-avversarji. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat b’baskets fuq kull naħa tant li f’nofs is-sessjoni kien hemm parita 9-9 b’Gipson tagħmel trippla għal Hibs. Wara li Lucienne Bezzina tat vantaġġ lil Hibs, ic-champions wieġbu bi break ta’ 8-2 biex temmew is-sessjoni fuq quddiem 17-13. Huma kabbru l-vantaġġ bi trippla ta’ Sarah Pace u punti minn Robin Murphy u Greta Zarb bil-Hibs jibqgħu jiddependu fuq Gipson għalkemm kien hemm ukoll punti minn Kirsten Baldacchino. Becky Naudi għamlet basket għal Luxol qabel ma Hibs għamlu sitt punti mingħajr risposta biex Luxol daħlu jistrieħu punt minn fuq 30-29.

It-tielet sessjoni kienet nieqsa mil-punti fejn Luxol fetħu b’żewġ trippli ta’ Zarb u waqfu hemm. Hibs minn naħa tagħhom għamlu t-tmien punti ta’ wara biex ħadu l-vantaġġ 37-36. Hibs baqgħu fuq quddiem fl-aħħar sessjoni wara trippla ta’ Bezzina 42-40 pero’ Pace wieġbet b’oħra għac-champions flimkien ma’ basket ta’ Murphy għal skor ta’ 45-42 għal Luxol. Hibs ma ċedewx u reġgħu marru fuq quddiem għal darbtejn bil-punti ta’ Gipson u Nadia Arrigo. Hawn pero’ waslu ż-żewġ baskets deċisivi ta’ Luxol minn Zarb u Pace li tawhom ir-rebħa 51-48.

 

Luxol: S. Pace 14, M. Sciortino 1, C. Boena Medina, B. Naudi 2, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 14, P.Ellul, R. Murphy 20, D. Muscat, A. Paul, B. Zammit.

Hibs Melita Gardens: J. Scerri, E. Cassar, F. Mifsud, L. Bezzina 9, M. Zammit, M. Desira 2, K. Gatt, R. Scerri, N. Arrigo 4, K. Baldacchino 4, J. Cardona 4, L. Gipson 25.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.

 

Starlites Sports Experience 37

Honey Athleta 66

(4-22)(17-17)(10-14)(6-13)

 

Honey Athleta rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Starlites Sports Experience 66-37 f’partita li huma għamlu l-ewwel foul fil-31 minuta! Starlites kienu mingħajr Charlotte Riolo u Marie Claire Cilia fil-waqt lil għal Athleta kienet nieqsa Claire Ciantar pero’ nkludew lil Janice Bondin. Athleta bdew bl-ewwel 8 punti tal-partita qabel ma Marilou Cutajar wieġbet għal Starlites. Hawn Athleta għamlu run ta’ 14-0 b’punti minn Francesca Farrugia, Leanne Sciberras u Lonnecke Calleja. Cutajar għamlet basket ieħor għal Starlites għal skor ta’ 22-4 favur Athleta. Starlites bdew it-tieni sessjoni bi three pointers ta’ Lyndsey Pirotta u Lara Pisani biex naqsu xi ftit id-distakk. Hawn bdew ġejjin il-punti ta’ Aleksandra Ratomska għal Athleta li għalqu l-perjodu b’run ta’ 9-2 għal skor ta’ 39-21 fl-intervall.

Fit-tielet sessjoni Pirotta kompliet bit-trippli tagħha għalkemm Athleta dejjem bdew iwieġbu permezz ta’ Ratomska u Kelly Busuttil. Sat-tmiem il-perjodu Athleta għamlu run oħra ta’ 8-2 u bdew l-aħħar sessjoni b’ieħor ta’ 11-2. Huma komplew jikkontrollaw il-partita biex ħarġu rebbieħa 66-34.

 

Starlites Sports Experience: A. Farrugia 2, A. Grixti, S. Tabone 2, S. Cutajar, D. Jager 3, S. Davies, L. Pirotta 12, N. Attard 2, L. Pisani 4, C. Scicluna, M. Cutajar 12.

Honey Athleta: M. DeMartino 2, A. Ratomska 20, L. Calleja 8, L. Sciberras 10, M. Azzopardi Duca 2, G. Muscat 2, J. Bondin, S. Pisani 2, F. Farrugia 16, K. Busuttil 4, C. Mifsud.

Referees: Luke Camilleri, Brian Sly.

 

Phoenix Mendoza Qormi 19

Luxol 70

(11-19)(4-9)(3-19)(1-23)

 

Jumejn wara r-rebħa sofferta fuq Hibs, Luxol għelbu lil Phoenix Mendoza Qormi 70-19 biex komplew bl-isfida tagħhom għal-ewwel post. Il-coach tagħhom Christoph Stolp serraħ diversi players li tawh ir-rebħa u lagħab għal ħin twil bi players żgħażagħ li lagħbu inqas matul l-istaġun. Waħda minnhom Justine Busuttil Gaerty fetħet il-partita bi trippla u Luxol ħadu l-ewwel vantaġġ. Phoenix wieġbu b’baskets ta’ Nicola Said u Fiona Micallef pero’ Gaerty għamlet trippla oħra u Luxol temmew is-sessjoni 19-11 minn fuq. It-tieni sessjoni kienet ta’ skor baxx u wara ħames minuti saru biss 3 punti. Luxol għamlu break ta’ 8-2 biex daħlu jistrieħu 28-15 minn fuq.

Il-kumplament tal-partita kien f’idejn Luxol li bdew it-tielet perjodu b’ħames punti mingħajr risposta. Helene Potigny għamlet trippla għal Phoenix qabel ma’ Luxol għamlu run ta’ 14-0 fosthom trippla ta’ Greta Zarb għal skor ta’ 47-18. L-aħħar sessjoni kienet mingħajr storja fejn Phoenix irnexxielhom jagħmlu biss freeshot permezz ta’ Nicola Said wara li Luxol għamlu żewġ baskets. Luxol għalqu l-partita b’run oħra qawwija ta’ 19-0 biex rebħu l-partita 70-19.

 

Phoenix Mendoza Qormi: M. Abela 2, V. Agius 1, F. Micallef 8, V. Mifsud Tommasi, M. Agius, N. Said 5, H. Potigny 3, A. Camilleri.

Luxol: S. Pace 10, M. Sciortino, C. Boena Medina 2, B. Naudi 8, J. Busuttil Gaerty 8, G. Zarb 12, P.Ellul 6, R. Murphy 10, D. Muscat 4, K. Portelli, A. Paul 4, B. Zammit 4.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile

 

Hibs Melita Gardens 85

Starlites Sports Experience 31

(16-6)(21-10)(28-9)(20-6)

 

Hibs Melita Gardens irritornaw għar-rebħ wara żewġ telfiet meta kisbu l-ħames rebħa fuq Starlites Sports Experience 85-31 u l-players kollha tagħhom għamlu l-punti. Għal Hibs reġgħet irritornat Alexis Cutajar fil-waqt li Starlites kellhom lura lil Charlotte Riolo pero’ kienet nieqsa Dorien Jager. Hibs bdew bi break ta’ 8-2 bi Starlites iwieġbu b’baskets minn Lindsey Pirotta u Marilou Cutajar. Il-coach ta’ Hibs uża rotazzjoni fejn beda jibdel il-ħames players f’nofs kull perjodu. Dan ma żammx lil Hibs milli jagħmlu run oħra ta’ 8-2 biex temmew is-sessjoni 16-6 minn fuq.Il-Pawlisti reġa’ kellhom ftuħ qawwi fit-tieni sessjoni b’run ta’ 15-0. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet mit-trippli ta’ Pirotta fi break ta’ 8-0 pero’ fl-intervall kienu l-Hibs fuq quddiem 37-16.

Il-partita kompliet bl-istess ritmu wara l-mistrieħ bil-Hibs jibdew b’run ta’ 12-4, Għal darb’oħra daħlu l-players minn fuq il-bank b’Elena Cassar tkun attiva ferm għal Hibs. Huma għamlu break ieħor ta’ 12-0 biex fi tmiem is-sessjoni kienu 40 minn fuq 65-25. L-aħħar sessjoni bdiet b’run ta’ 9-0 minn Hibs u bi Starlites iwieġbu permezz ta’ Cutajar u basket ta’ Natasha Attard. L-aħħar punti ġew minn Hibs biex rebħu l-partita 85-31.

Hibs Melita Gardens: J. Scerri 6, E. Cassar 16, F. Mifsud 2, L. Bezzina 2, M. Zammit 4, M. Desira 8, K. Gatt 2, A. Cutajar 2, N. Arrigo 4, K. Baldacchino 8, J. Cardona 12, L. Gipson 19.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, C. Riolo 1, A. Grixti, S. Tabone 3, S. Cutajar, L. Pisani, S. Davies, L. Pirotta 9, N. Attard 2, M.C. Cilia, C. Scicluna 4, M. Cutajar 12.

Referees: Emanuel Mangani, Daniel Bugeja.

 

Alyssa Ashley Loyola  44

McDonalds Depiro 64

(8-13)(7-15)(12-17)(17-19)

 

McDonalds Depiro żammew l-ewwel post tal-klassifika meta għelbu lil Alyssa Ashley Loyola 64-44 b’wirja oħra tajba speċjalment ta’ l-Amerikana Vontisha Woods li ma’ kull logħba li tagħddi qiegħda titjieb fil-logħob tagħha. Loyola rkupraw lil Justine Mangion pero’ għadhom mingħajr Christina Grima u n-nuqqas tagħha qiegħed jinħass sew fit-team ta’ Ruth Spiteri. Għal Depiro rritornaw Samantha Brincat u Francesca Biancho li tilfu l-aħħar partita. Il-bidu tal-logħba kien kwiet u sa’ nofs is-sessjoni Depiro kienu 6-2 minn fuq. Il-punti ta’ Loyola ġew minn baskets ta’ Desarae Johnson pero’ Depiro għalqu l-perjodu bi break ta’ 5-2 għal skor ta’ 13-8. Depiro fetħu qawwi fit-tieni sessjoni u għamlu run ta’ 13-2 b’punti minn Woods, Steffi De Martino u Antoinette Borg. Loyola għamlu 5 punti pero’ fl-intervall Depiro kienu 28-15 minn fuq.

Depiro komplew iżidu l-vantaġġ fit-tielet perjodu bil-Loyola jwieġbu bil-punti ta’ Jean Doughty u Abigail Sciberras. Woods u De Martino reġgħu żiedu l-vantaġġ ta’ Depiro qabel tmiem is-sessjoni 45-27. Loyola fetħu l-aħħar sessjoni b’iktar punti ta’ Sciberras u Johnson biex naqqsu d-distakk għal 11 –il punt 39-50. Depiro għamlu tlett baskets konsekutttivi u għalkemm Loyola reġgħu wieġbu permezz ta’ Johnson, kienu Depiro li għamlu l-aħħar sitt punti tal-partita biex rebħu l-partita 64-44. Intant, l-MBA ħabbret li l-partita bejn Depiro u Luxol se tintlagħab fl-4.30 ta’ wara nofsinhar minflok fis-1.00 fejn issa se tintlagħb il-playoff ta’ l-irġiel bejn Floriana u Depiro.

 

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 2, J. Doughty 4, D. Hollier 2, A. Bonanno, J, Mangion 2, A. Sciberras 11, F. Camilleri 2, S.J. Barbara 3, D. Johnson 21.

McDonalds Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud, M. Mifsud, S. Brincat 7, V. Woods 29, F. Biancho 3, T. De Martino, A. Borg 5, C. Sammut 2, S. Micallef 2, S. De Martino 16.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile

 

Klassifika Kampjonat MSV   Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
McDonalds Depiro

11

10

2

20

733

487

Luxol

10

9

1

19

679

433

Alyssa Ashley Loyola

11

8

3

17

630

462

HibsMelita  Gardens

11

6

5

17

687

491

Athleta

10

4

6

14

567

531

Starlites Sports   Experience

10

1

9

11

320

696

PhoenixMendoza  Qormi

10

0

10

10

264

780

 

 

 





Leave a comment