Mc Donalds Depiro u Alyssa Ashley Loyola b’żewġ rebħiet

Wednesday, January 18, 2012, 8:49

minn Colin Schembri

KAMPJONAT MSV LIFE NISA

 Starlites Sports Experience 44

Luxol 90

(9-22)(8-16)(12-24)(15-28)

 

Hibs vs Loyola

Hibs vs Loyola

Ic-champions Luxol bdew l-impenji tagħhom fil-kampjonat MSV Life kontra Starlites Sports Experience u kif mistenni rebħu l-partita 90-44. Luxol ppreżentaw l-aħħar akkwist tagħhom l-Amerikana Robin Murphy u rkupraw lil Beverlee Zammit. Huma kienu mingħajr Louisa Serge u Leanne Vella fil-waqt li Starlites kienu mingħajr Amanda Farrugiau Christine Spiteri. Il-partita bdiet mal-ewwel bil-Luxol fuq quddiem b’basket tal-captain Mandi Sciortino f’run ta’ 7-2. Wara li Starlites wieġbu b’basket ta’ Marilou Cutajar Luxol għamlu run oħra ta’ 8-0 qabel ma Lindsey Pirotta għamle trippla għal Starlites. Luxol għalqu l-ewwel sessjoni b’iktar punti minn Murphy u Sciortino għal skor ta’ 22-9. Huma fetħu t-tieni perjodu b’run oħra ta’ 10-2. Starlites irrispondew b’baskets minn Pirotta u Marie Claire Cilia. Qabel l-intervall Greta Zarb għamlet trippla biex Luxol daħlu jistrieħu 38-17 minn fuq.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni kellna żewġ baskets fuq kull naħa b’Ariana Grixti attiva ferm għal Starlites. Pero’ Murphu u Sarah Pace għamlu run ta’ 12-2 għal Luxol li kabbru l-vantaġġ għal 33 punt 62-29. L-aħħar sessjoni kienet iktar bilanċjata speċjalment fl-ewwel ħinijiet tagħha. Starlites sabu break qasir ta’ 7-2 pero’ Luxol għalqu l-partita b’run ta’ 12-0 b’żewġ trippli ta’ Pace u ħarġu rebbieħa 90-41.

 

Starlites Sports Experience: C. Riolo, A. Grixti 12, S. Tabone 4, S. Cutajar 7, S. Davies 2, L. Pirotta 7, N. Attard 2, M.C. Cilia 2, C. Scicluna, M. Cutajar 8.

Luxol: S. Pace 16, M. Sciortino 19, C. Boena Medina 2, B. Naudi 5, J. Busuttil Gaerty 2, G. Zarb 11, K. Portelli, P. Ellul 8, R. Murphy 18, D. Muscat 2, L. Chetcuti, A. Paul, B. Zammit 7.

Referees: Steve Gouder, Jennifer Mangani.

 

Athleta 55

McDonalds Depiro 69

(11-19)(10-20)(10-9)(24-21)

 

McDonalds Depiro kisbu t-tieni rebħa tagħhom fil-kampjonat meta għelbu lil Athleta 69-55. Athleta kienu mingħajr Gulia Muscat u Kelly Busuttil. Għal Depiro ddebuttat l-Amerikana Vontisha Woods li kellha debutt pjuttost kwiet. Depiro bdew il-partita b’run ta’ 13-1 bi tlett trippli ta’ Samantha Brincat. Athleta wieġbu b’żewġ baskets biex naqqsu d-distakk pero’ Brincat flimkien ma Steffi De Martino u Francesca Biancho ħallew lil Depiro fuq quddiem 19-11. It-tieni sessjoni fetħet bi trippla oħra ta’ Brincat flimkien ma punti minn Svetlana Micallef għal skor ta’ 27-15 fil-ħames minuta. Athleta wieġbu b’baskets ta’ Aleksandra Ratomska u Leanne Sciberras pero’ Depiro għamlu break qawwi ta’ 12-2 biex daħlu jistrieħu 39-21 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni l-punti naqqsuxi ftit bl-Athleta jagħmlu l-ewwel erba’ fil-bidu. Punti fuq kull naħa ħallew lil Depiro fuq quddiem b’De Martino attiva ferm għal skor ta’ 48-31. Athleta żiedu l-isforzi tagħhom fil-ftuħ ta’ l-aħħar sessjoni bil-punti ta’ Sciberras u trippla ta’ Lonnecke Calleja u naqqsu d-distakk għal 12 –il punt 40-52. Wara li Brincat wieġbet għal Depiro, Athleta għamlu sitt punti oħra biex naqqsu iktar l-iżvantaġġ. Pero’ hawn waslu punti minn Brincat fosthom trippla biex Depiro reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 12 –il punt u baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem u ħarġu rebbieħa 69-55.

 

Athleta: M. De Martino 9, A. Ratomska 19, C. Ciantar 4, L. Calleja 9, L. Sciberras 12, M. Azzopardi Duca, R. Sciberras, F. Farrugia, C. Mifsud 2.

McDonalds Depiro: A. Mifsud 1, G. Mifsud 2, M. Mifsud, S. Brincat 29, V. Woods 6, F. Biancho 2, T. De Martino 2, A. Borg 8, C. Sammut, S. Micallef 5, S. De Martino 16.

Referees: Emanuel Mangani, Luke Camilleri.

 

Hibs Melita Gardens 50

Alyssa Ashley Loyola  53

(10-14)(11-6)(16-21)(13-12)

 

Alyssa Ashley Loyola  wieġbu għar-rebħa ta’ Depiro meta għelbu lil Hibs Melita Gardens 53-50 f’konfront ieħor dirett. Anke f’din il-partita kellna player Amerikana ġdida fejn Loyola ppreżentaw lil Desarae Johnson. Loyola rkupraw ukoll lil Abigail Sciberras pero’ kienu mingħajr Jean Doughty fil-waqt li Alexis Cutajar għada nieqsa għal Hibs. Il-partita kellha bidu kwiet bil-Loyola fuq quddiem 6-2 sal-ħames minuta. Hibs bdew isibu diffikulta biex jirrispondu u anke wettqu xi turnovers biex Loyola żiedu l-vantaġġ permezz ta’ Sandra Schembri Wismayer. Fl-aħħar minuta Lena Gipson għamlet żewġ baskets biex naqqset id-distakk għal Hibs 10-14. It-tieni sessjoni rat lil Loyola jiftħu bi break ta’ 6-2 sat-tielet minuta. Pero’ minn hemm ‘l quddiem kien hemm biss il-punti ta’ Hibs minn Joselle Cardona u Gipson fost l-oħrajn biex fl-intervall kienu punt minn fuq 21-20.

Loyola dawwru l-iskor fil-ftuħ tat-tielet sessjoni bil-baskets ta’ Johnson b’Kirsten Baldacchino twieġeb għal Hibs li fis-seba’ minuta reġgħu ppareġjaw 30-30. Loyola għamlu run ta’ 8-2 bil-Hibs iwieġbu bi trippla ta’ Lucienne Bezzina. Punti minn Sciberras raw lil Loyola jkabbru l-vantaġġ fil-ftuħ ta’ l-aħħar sessjoni 45-37. Bezzina għamlet trippla oħra pero fis-sitt minuta Loyola kienu għadhom 7 minn fuq. Hawn sofrew run ta’ 7-0 minn Hibs magħluqa bi trippla ta’ Baldacchino għal partita 49-49 żewġ minuti mit-tmiem. Basket ta’ Christina Grima u free-throws ta’ Emma Moore reġgħu taw il-vantaġġ lil Loyola li rebħu l-partita 53-50.

 

Hibs Melita Gardens: J. Scerri, E. Cassar 2, F. Mifsud, L. Bezzina 12, M. Desira 6, K. Gatt, N. Arrigo, K. Baldacchino 8, J. Cardona 8, L. Gipson 14.

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 12, C. Grima 18, K. Borg, D. Hollier, A. Bonanno, J. Mangion, A. Sciberras 7, S. Schembri Wismayer 4, S.J. Barbara 2, D. Johnson 10.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile.

 





Leave a comment