Mc Donalds Depiro jirkupraw u jibqgħu fil-quċċata

Wednesday, March 28, 2012, 8:46

minn Colin Schembri

KAMPJONAT MSV LIFE NISA

 

Honey Athleta 40

Luxol 49

(8-17)(10-9)(10-15)(12-8)

 

Hibs vs Depiro

Hibs vs Depiro

Rebħa f’din il-partita setgħet tagħti tamiet ġodda lil Honey Athleta li jisfidaw għal post fil-playoffs wara r-rebħa li kellhom kontra Depiro. Pero’ kontra c-champions Luxol ma rrepetewx l-istess wirja biex Luxol rebħu l-partita 49-40. Wara li Claire Ciantar fetħet l-iskor għal Athleta, Luxol wieġbu bi break ta’ 11-2 bi trippla ta’ Beverlee Zammit. Athleta naqqsu d-distakk b’basket ta’ Aleksandra Ratomska pero’ Mandi Sciortino għamlet sitt punti konsekuttivi fosthom trippla biex Luxol temmew is-sessjoni 17-8 minn fuq. Athleta naqqsu d-distakk fil-bidu tat-tieni perjodu bil-punti ta’ Ratomska pero’ l-Amerikana Robin Murphy wieġbet għal Luxol. Athleta għamlu sitt punti oħra qabel ma Diana Muscat għalqet is-sessjoni b’Luxol fuq quddiem 26-18.

Wara l-intervall Luxol saħħew il-vantaġġ pero’ Athleta reġgħu ġew 6 minn taħt 23-29 wara trippla ta’ Leanne Sciberras. Luxol wieġbu bil-punti ta’ Murphy u Greta Zarb għal vantaġġ ta’ 12 –il punt 35-23 li kabbruh sa’ tmiem is-sessjoni 41-28. Fl-aħħar sessjoni Zarb kabbret il-vantaġġ ta’ Luxol pero’ Athleta wieġbu bi break ta’ 10-2 b’punti minn Kelly Busuttil u għal darb’oħra waslu sa’ 6 punti ‘l bogħod 38-44. Luxol wieġbu bi trippla ta’ Justine Busuttil Gaerthy biex reġgħu ħadu l-kontroll u baqgħu sejrin biex ħarġu rebbieħa 49-40.

 

Honey Athleta: M. DeMartino, A. Ratomska 10, C. Ciantar 6, L. Calleja, L. Sciberras 10, M. Azzopardi Duca, G. Muscat, F. Farrugia 2, K. Busuttil 12, C. Mifsud.

Luxol: S. Pace, M. Sciortino 7, C. Boena Medina, B. Naudi, J. Busuttil Gaerty 3, G. Zarb 7, P.Ellul 2, R. Murphy 18, D. Muscat 2, K. Portelli, A. Paul, B. Zammit 10.

Referees: Emanuel Mangani, Luke Camilleri

 

Phoenix Mendoza Qormi 24

Alyssa Ashley Loyola 67

(5-17)(6-14)(6-16)(7-20)

 

Alyssa Ashley Loyola rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Phoenix Mendoza Qormi 67-24 f’partita li ddominaw sa’ mil-ewwel minuti tagħha. Għal Loyola Christina Grima u Justine Mangion għadhom imweġġa’ u Phoenix kienu mingħajr Daniela Zammit u Lorna Mifsud. Loyola bdew il-partita b’run ta’ 10-2 qabel ma Carina Gauchi Meilak għamlet trippla għal Phoenix. Punti kontinwi ta’ Desarae Johnson kabbru l-vantaġġ ta’ Loyola 17-5 fi tmiem l-ewwel sessjoni. Loyola biddlu xi players fit-tieni sessjoni biss dan ma żammhomx milli jżidu l-vantaġġ. Phoenix tilfu lil Gauchi Meilak b’injury u sa tmiem il-perjodu kien hemm biss il-punti ta’ Loyola f’run ta’ 10-0 li rathom jiftħu vantaġġ t’20 punt fl-intervall 31-11.

Fit-tielet sessjoni Johnson baqgħet fuq il-banka pero’ minkejja dan Loyola komplew ikabbru l-vantaġġ tagħhom. Huma għamlu break ieħor qawwi ta’ 12-0 b’punti minn Kristy Tonna u Denise Hollier. Phoenix għamlu żewġ baskets qabel tmiem is-sessjoni għal skor ta’ 47-17 favur Loyola. Phoenix għamlu l-ewwel punti fl-aħħar sessjoni pero’ Loyola reġgħu bdew iwieġbu permezz ta’ Johnson f’run ta’ 18-2 li għalqet il-partita fuq skor finali ta’ 67-24.

 

Phoenix Mendoza Qormi: M. Abela 2, V. Agius 2, F. Micallef 2, C.Gauchi Meilak 3, V. Mifsud Tommasi 2, M. Agius, N. Said 2, M.R. Agius,  H. Potigny 11, A. Camilleri.

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore, J. Doughty, D. Hollier 8, K. Tonna 7, A. Bonanno 11, A. Sciberras 5, F. Camilleri 6, S.J. Barbara 5, D. Johnson 25.

Referees: Alfred Carbonaro, Jennifer Mangani.

 

Hibs Melita Gardens 59

McDonalds Depiro 72

(13-20)(7-19)(21-16)(18-17)

 

McDonalds Depiro rritornaw għar-rebħ meta kisbu rebħa mportanti kontra Hibs Melita Gardens 72-59. Depiro kellhom bidu mill-aqwa fl-ewwel żewġ sessjonijiet u bnew vantaġġ li żammew sa’ tmiem il-partita. Hibs kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom fil-waqt li għal Depiro Maria Bonett ħadet post Martina Mifsud. Depiro bbażżaw l-attakk tagħhom prattikament fuq tlett players pero’ l-wirja li kellhom fid-difiża Francesca Biancho u Vontisha Woods kienet strumentali. Il-partita kienet bilanċjata fl-ewwel minuti tant li f’nofs l-ewwel sessjoni kien hemm parita 7-7 b’Antoinette Borg tagħmel trippla għal Depiro b’Lucienne Bezzina tagħmel oħra għal Hibs. Wara li Hibs marru fuq quddiem, Depiro għamlu run ta’ 9-0 bi trippla oħra ta’ Borg marru 20-13 minn fuq. Il-mument brillanti ta’ Depiro kompla fit-tieni perjodu b’run stupenda ta’ 16-0 mibdija bi trippla ta’ Samantha Brincat u magħluqa b’oħra ta’ Francesca Biancho. Hibs wieġbu b’punti ta’ Lena Gipson pero’ fl-intervall Depiro kienu 39-20 minn fuq.

Wara l-mistrieħ waslu wkoll it-trippli ta’ Steffi De Martino biex Depiro komplew iżidu l-vantaġġ. Hawn pero’ Hibs għamlu rimonta b’run ta’ 14-2 b’diversi punti ta’ Nadia Arrigo u Gipson biex naqqsu d-distakk għal 11 –il punt.Adrian Mifsudgħajjat time out u Brincat għamlet żewġ three pointers wara xulxin biex reġgħat tat vantaġġ komdu lil Depiro għalkemm Hibs għalqu l-perjodu bi tlett punti għal skor ta’ 41-53. Fl-ewwel ħames minuti tal-aħħar sessjoni, Brincat u De Martino komplew bit-trippli tagħhom u għalkemm Hibs bdew jirrispondu, kienu wisq il-bogħod biex jinkwetaw lil Depiro li ħadu r-rebħa bo skor ta’ 72-59.

 

 

Hibs Melita Gardens: J. Scerri, E. Cassar 4, M. Zammit, L. Bezzina 7, F. Mifsud, M. Desira, K. Gatt, R. Scerri, N. Arrigo 6, K. Baldacchino 10, J. Cardona 5, L. Gipson 27.

McDonalds Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud, J.Xuereb, S. Brincat 27, V. Woods 5, F. Biancho 6, T. De Martino, A. Borg 14, C. Sammut, M. Bonett, S. Micallef, S. De Martino 20.

Referees: Emanuel Mangani, Steve Gouder

 

Klassifika Kampjonat MSV   Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
McDonalds Depiro

9

8

2

16

582

421

Alyssa Ashley Loyola

9

8

2

16

586

398

Luxol

8

7

1

15

558

366

HibsMelita  Gardens

9

5

4

14

554

409

Athleta

9

3

6

12

501

494

Starlites Sports   Experience

8

1

7

9

252

545

PhoenixMendoza  Qormi

8

0

8

8

223

623

 

 





Leave a comment