Mauro Anastasi u Sue Abela jiddefendu b’suċċess il-Kampjonati Nazzjonali tal-BOV Ten Pin Bowling tagħhom

Thursday, August 13, 2020, 11:19

Mauro Anastasi u Sue Abela kkonfermaw lilhom infushom bħala l-aqwa bowlers f’Malta wara li rebħu L-Kampjonati Nazzjonali BOV tat-Ten Pin Bowling għall-2020.

Anastasi rebaħ ir-raba kampjonati nazzjonali konsekuttiv bi prestazzjoni dominanti matul il-kampjonati miżmuma tul 3 ijiem fuq 24 logħba. Huwa żamm il-quċċata tal-klassifijka mill-bidu sat-tmiem, bi skor medju ta madwar 220 medju, u qatt ma kien fil-periklu li jitlef  it-titlu.

Huwa spiċċa kważi 300 pin quddiem Rankin Camilleri fit-tieni post, segwit minn Dennis Mercieca li kien fit-tieni post wara t-tieni ġurnata, wara li qabeż lil Matthew Magro li kien l-eqreb ta’ Anastasi wara l-ewwel jum.

B’dan is-sitt kampjonat nazzjonali tiegħu, Anastasi kompla juri d-dominanza tiegħu fuq ix-xena lokali. Dwayne Zahra, li spiċċa fis-sitt post kien l-aqwa bowler taħt is-16 il-sena, b’medja b’saħħitha ta’ 195.

Il-Kampjonat tan-nisa mill-ewwel wera li se tkun taqtigħa bejn l-aqwa żewġ bowlers nisa – Sara Xuereb, li hija r-rebbieħa tal-kampjonat ta’ taħt it-23 sena u rebħet il-kampjonat nazzjonali darbtejn, u Sue Abela, li rebħet dan il-kampjonati xejn inqas minn 24 darba.

Xuereb, li għażlet li tkompli l-istudji tagħha waqt li kienet qed taħdem fuq il-karriera tal-bowling tagħha fl-Istati Uniti fix-xhur li ġejjin, kienet minn fuq fl-ewwel ġurnata b’Abela dejjem viċin tagħha minkejja li weġġgħet subgħajha f’nofs l-ewwel jum.

Abela żamm il-pressjoni fuq Xuereb minkejja l-uġigħ u dan wassal biex il-kampjnat jiġi deċiż fl-aħħar frame tal-aħar logħba. Abela rnexxielha tegħleb lil Xuereb b’ 4 pinnijiet biss (fuq total ta’ 4672 pin) biex irnexxielha tiddefendi t-titlu li hi rebħet fl-2019.

Paul Baldacchino, President tal-Malta Ten-Pin Bowling Association ippreżenta t-trofej liċ-Champions. Il-Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni ta’ inizjattivi sportivi f’Malta u huwa wieħed mill-isponsors ewlenin tal-MTBA matul l-aħħar snin.





Leave a comment