Maurice Formosa u Stephanie Alden ikomplu bis-suċċessi ta’ The Cyclist

Tuesday, July 12, 2016, 20:19

Gavin Muscat

Il-Kampjonat Nazzjonali tar-Road Race organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu ġie fi tmiem tiegħu nhar il-Ħadd 26 ta’ Ġunju 2016 bit-tielet tiġrija li saret fuq iċ-ċirkwit Tal-Maqluba fil-Qrendi fuq distanza ta’ 9.7km. Hawn il-klubb ta’ The Cyclist reġa kellu bosta suċċessi fejn rebaħ erba’ tiġrijiet fost dawk ewlenin. Maurice Formosa, c-champion tas-sena l-oħra rnexxielu jirbaħ l-għaxar dawriet tal-Elite meta spiċċa f’ħin ta’ 2:36:52.13 quddiem Pierre Borg tal-Mosta AF Sign Studio CC (2:36:52.54) u Mark Bonnici tal-Agones Sfc (2:36:53.39). Kemm Borg kif ukoll għal Bonnici, dan kien l-ewwel podium ta’ din is-sena.

Stephanie Alden (The Cyclist) reġgħet għal darb’oħra spiċċat l-ewwel fil-Kategorija Feminili meta spiċċat is-7 adwriet f’ħin ta’ 1:51:43.50. Warajha spiċċaw Hannah Pace tal-istess The Cyclist (1:51:51.24) u Marion Pullicino tal-Agones Sfc (1:52:03.10).

Il-Kategorija tal-Juniors rat liż-żagħżugħ promettenti Għawdxi Brandon Sultana tal-Gozo Greyhounds CC jirbaħ l-ewwel tiġrija staġjonali tiegħu meta spiċċa t-8 dawriet f’ħin ta’ 2:04:55.13. Michael Camilleri tat-Team Greens reġa kellu suċċess ieħor fil-Kategorija tal-Masters 40+ meta spiċċa s-7 dawriet f’1:51:27.62. Ir-rebbieħ tal-Kategorija tal-Masters 50 + reġa kien għat-tielet darba Steve Bell ta’ The Cyclist li spiċċa l-5 dawriet f’1:19:11.00, filwaqt li Emmanuel Camilleri tal-Mosta AF Sign Studio CC ukoll rebaħ il-5 dawriet tiegħu f’ħin ta’ 1:22:45.11.

Il-Kategoriji tal-Under 15’s fuq 2 dawriet intrebħu rispettivament minn Debora Desira f’0:44:26.93 u James Galea tal-Mosta AF Sign Studio CC f’40:09.25.

Wara t-tiġrijiet, iċ-ċiklisti rebbieħa kienu ppreżentati bil-medalji mis-Sindku tal-Qrendi John Schembri. It-tiġrija li jmiss hija t-tielet u l-aħħar waħda tal-Kampjonat Nazzjonali Time Trail ser issir nhar il-Ħadd 10 ta’ Lulju fil-Miżieb, Mellieħa.

———————-

Riżultati kollha

Elite

1. Maurice Formosa – The Cyclist CC  2:36:52.13

2. Pierre Borg – Mosta AF Sign Studio CC 2:36:52.54

3. Mark Bonnici – Agones Sfc 2:36:53.39

Femminili

1. Stef Alden – The Cyclist CC  1:51:43.50

2. Hannah Pace – The Cyclist CC 1:51:51.24

3. Marion Pullicino – Agones Sfc 1:52:03.10

Juniors

1. Brandon Sultana – Gozo Greyhounds CC 2:04:55.13

2. Nicholas Attard Montaldo – The Cyclist CC 8 2:04:57.55

3. Kurt Muscat – Mosta AF Sign Studio CC 2:17:10.64

————————

Rebbieħa tal-Kategoriji l-oħra

F15  1. Desira Debora  No Club 0:44:26.93

Under 15 Male

M15  1. James Galea  – Mosta AF Sign Studio CC 40:09.25

Masters

40+   1. Michael Camilleri – Team Greens 1:51:27.62

50+   1. Steve Bell – The Cyclist CC 1:19:11.00

60+   1. Emmanuel Camilleri – Mosta AF Sign Studio CC 1:22:45.11

Maurice Formosa

Stephanie Alden





Leave a comment