- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Maurice Formosa rebbieħ assolut tal-kampjonati BDO Malta Cross Country National Point Series

Posted By Sportinmalta On June 1, 2018 @ 8:44 am In Cycling,Featured | No Comments

Maurice Formosa (The Cyclist) kien ir-rebbieħ assolut tal-BDO Malta Cross Country National Point Series, meta ssiġġilla rebħa oħra fl-aħħar tellieqa tas-Serje li saret f’Miżieb.

Miżmuma fuq serje ta’ ħames tlielaq, il-National Point Series laqgħu b’mod konsistenti grupp tajjeb ta’ ċiklisti li f’kull tellieqa għamlu l-għalmu tagħhom sabiex itejbu il-posizzjoni tagħhom fil-klassifika finali. Minkejja diversi tentattivi minn diversi ċiklisti biex jgħelbu lil Formosa mill-ewwel post,  Formosa ta prestazzjonijiet konsistenti sabiex jirbaħ it-titlu tan-National Point Series, b’ħames rebħiet fuq ħames tlielaq.

L-aħħar tellieqa li saret f’Miżieb, li inċidentalment saret fl-istess post fejn nżammet l-ewwel tellieqa, bdiet b’Formosa, Etienne Bonello, Mark Bonnici, Brandon Sultana u Patrick Scicluna li stabilixxew il-pass.Mat-tielet dawra, Formosa u Bonello zammew posthom fuq quddiem u komplew jagħmlu dan sa l-aħħar meta Formosa ċċelebra l-ħames rebħa tiegħu fis-Serje.

Sat-tielet dawra, kienu Bonnici, Scicluna u Sultana li kienu qedin itellqu ras imb’ras, iżda inċident tekniku ġiegħel lil Bonnici jieqaf u jħalli lil Scicluna u lil Sultana jiġġieldu għat-tielet post. Kien Sultana li rnexxielu jegħleb lil Scicluna għal dan il-post. Bir-riżultat ta’din it-tellieqa, it-tliet ċiklisti ewlenin li ħadu l-ewwel tlett postijiet fil-klassifikazzjoni finali kienu Maurice Formosa (The Cyclist), Etienne Bonello (Team Greens) u Patrick Scicluna (Mosta AF Sign Studio).

Kategorija Open

Fil-Kategorija Open tal-Irġiel, Ack Hili (Agones SFC) iddomina mil-bidu nett, u minkejja li il-ħin fir-raba dawra ma’kienx l-iktar maġgħel tiegħu, hu xorta rebaħ il-kategorija b’vantaġġ ta’ kważi minuta fuq Francesco Sultana. Martin Bonnici (Team Greens) daħal fit-tielet post,  ħamsin sekonda wara Sultana. Fil-klassifikazzjoni finali, kien Francesco Sultana, li b’tmenin punt fuq Ack Hili, ħa l-ewwel post fil-klassifika finali. Hili segwa  fit-tieni post u Brian Magri (The Cyclist) fit-tielet post.

Kategorija Nisa

It-tellieqa finali tas-serje kienet Marie Claire Aquilina (Team Greens) li assigurat rebħa oħra, segwita minn Fiona Darmanin Tedesco u Mary Spiro. Fil-klassifikazzjoni finali kienet, madanakollu, Fiona Darmanin Tedesco li ħadet l-ewwel post  billi hi kkompetiet f’erba tlielaq meta mqabbel mat-tlieta ta’ Aquilina. Danica Bonello Spiteri ħadet t-tielet post, wara jikkompetit fi tliet tlielaq biss.

Kategoriji Gruppi tal-Eta

Clyve Chetcuti, Paul Zarb (The Cyclist), Brian Magri (The Cyclist) ħadu l-ewwel post fil-Kategoriji Junior, Masters 40+ u Masters 50+ fit-tellieqa tal-Miżieb.

Fil-Klassifikazzjoni Finali r-rebbieħa kienu Paul Zarb, Mark Portelli, Enrico Bradamante u Claudine Gatt fil-kategorija Masters 40+, Gaetano Catania, Mary Spiro fil-Masters 50+ Kategoriji. Daniel Vella rebaħ il-Kategorija Junior.

“Il-BDO Malta Cross Country National Point Series ntlaqet b’suċċess – din is-sena rajna żieda fil-parteċipazzjoni fi kważi l-kategoriji kollha u kull tellieqa kienet mimlija azzjoni, anki minħabba il-fatt li f’kull tellieqa iċ-ċiklisti kienu qedin jakkumulaw il-punti għal klassifika ġenerali “spjega Pierre Zammit Endrich. “L-aħħar impenn għall-Malta Mountain Bike Association issa se jkun il-Kampjonati Nazzjonali tal-Cross Country li se jsiru nhar il-Ħadd 1 ta’ Lulju fuq iċ-ċirkwit ta’ Ħaġar Qim -  nittamaw li dak inhar jkun hemm ammont  rekord ta’ parteċipanti!”

Il-Cross Country National Points Series hija sponsorjata minn BDO Malta u appoġġiata minn PASH The Healthy Option, SIS (Carm. & Co. Ltd.), H2only (Island Beverages Ltd.), Camilleri Marine Ltd., AF Sign Studio, The Cyclist, Wheel Wizard, Magri Cycles and MTB Malta.

Għall-iktar informazzjoni żuru –  http://www.maltamountainbike.org.mt/


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/maurice-formosa-rebbieh-assolut-tal-kampjonati-bdo-malta-cross-country-national-point-series-2/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.