Matthew Vella appuntat għal mini-tornew mill-UEFA Futsal Cup 2017-2018 fl-Isvezja

Tuesday, August 22, 2017, 19:58

Ir-referee internazzjonali tal-Futsal Matthew Vella ġie appuntat mill-UEFA Referees’ Committee biex din il-ġimgħa jikkontrolla logħbiet tal-mini-tornew Grupp D mill-Fażi Preliminari tal-UEFA Futsal Cup 2017-2018 organizzat mill-iSwedish Football Association.

Ir-referees l-oħra appuntati ma’ Matthew Vella huma Vasileios Christodoulis (Greċja), Veljko Boskovic (Montenegro) u Daniel Matkovic (Svizzera).

IFK Uddevalla (Svezja), SSV Jahn 1889 Regensburg (Ġermanja), FC Encamp (Andorra) u SS Tre Fiori FC (San Marino) huma l-kontestanti ta’ dan il-mini tornew li ser jintlagħab mit-23 sas-26 ta’ Awwissu 2017.

Matthew Vella diġà ġie appuntat għal-logħbiet tat-23/8 SSV Jahn 1889 Ragensburg vs SS Tre Fiori FC (Referee 3) u IFK Uddevalla vs FC Encamp (Referee 2), u tal-24/8 FC Encamp vs SSV Jahn 1889 Ragensburg (Referee 1).

Il-logħbiet finali tas-26/8 jinħarġu jum qabel mir-Referee Observer tal-UEFA l-Franċiż Pascal Fritz; il-Portugiż Joâo Rocha huwa d-Delegat tal-UEFA ta’ dan il-mini-tornew.

 

____________________





Leave a comment