Matthew Magro iġib it-300 fl-ewwel jum taċ-Cisk Lager Doubles League

Thursday, June 18, 2020, 16:21
Wara l-waqfa twila sfurzata minħabba COVID 19, l-istaġun lokali kompetittiv tat-ten-pin bowling kellu bidu kbir, biċ-Cisk Lager Doubles League organizzat mill-Eden Super Bowl, b’xi punteġġi għoljin ħafna li juru li l-bowlers tagħna, li reġgħu bdew it-taħriġ għall-aħħar ftit ġimgħat, qed jerġgħu lura għal forma ta qabel!
Bla dubju, l-qofol tal-ġurnata kienet il-prestazzjoni ta’ Matthew Magro ta’ 18-il sena, li lagħab l-ewwel logħba perfetta tiegħu ta’ 300 pin, biex isir l-iżgħar bowler Malti biex jikseb dan, u kiser ukoll is-serje rekord tiegħu stess ta’ 756. Bit-tim mate tiegħu Sue Abela wkoll tilgħab serje qawwija ta’ 684, Double Impact ma kellhom l-ebda inkwiet biex jgħelbu lit-tim ta’ South Core, b’Kayden Lagana ta 12-il sena jilgħab serje tajba ta’589 għat-telliefa.
Il-veteran Mark Spiteri kien viċin li jerġa jikseb it-300, meta ġab logħba ta’ 298, li għenet biex Generation XYZ jiksbu rebħa ta’ 6-2 kontra t-tim “Class of ’99”.
It-timijiet ta’ Volkswagen u Swisslion kisbu wkoll rebħiet ta 8-0, kontra Lacoste u Bowling for Soup, rispettivament, filwaqt li rebħiet ta’ 6-2 ġew irreġistrati minn Gillette, kontra King Pins u mit-tim Red Strikers, fejn wara bidu kemmxejn bil-mod, iz-zewg subien ta’13 il-sena ta Red Strikers, sabu saqajhom fit-2 u t-3 logħba biex ghelbu lit team Olympics.
Il-Kampjonat tad-Doubles Cisk Lager ikompli kull nhar ta’ Erbgħa filgħaxija fit-8 ta’ filgħaxija fl-Eden Super Bowl, bil-miżuri tas-sahha rikjesti kullimkien biex jiżguraw li l-patruni kollha jkunu jistgħu jgawdu l-ħin tagħhom hemm bl-iktar mod sigur possibbli.




Leave a comment