Matthew Bonello jipponta subgħu lura lejn D’Amato

Sunday, November 21, 2010, 22:57
Matthew Bonello (lemin) b'ittra mimlija botti jispara lura lejn D'Amato

Matthew Bonello (lemin) b'ittra mimlija botti jispara lura lejn D'Amato

Wara li iktar kmieni din il-ġimgħa ppublikajna l-ittra li Remy D’Amato bagħat lill-membri tal-Kunsill tal-ASA u fl-istess ittra implika u semma lil Robbie Ebejer u xi nies oħra u anke Clubs, il-President ta’ Neptunes Matthew Bonello kiteb din l-ittra u xtaq jippublikha anke fuq il-website sportinmalta.com.

L-ittra ta’ Bonello fit-totalita tagħha:

Nirreferi għall-ittra mibgħuta mis-segretarju ta’ l-ASA Remy Damato lil-ASA, li parti sostanzjali minnha ġiet ippubblikata fil-ħarga tal-bierah ta’ In-Nazzjon.

F’din l-ittra, is-Segretarju,  apparti li attakka numru ta’ persuni u għaqdiet li jaghmlu parti mill-ASA , għogbu jagħmel diversi riferenzi għal episodji li jikkonċernaw kemm il-klabb tan-Neptunes u anki lili personalment, li ħassejt li għandi nwieġeb għalihom.

Is-Segretarju Damato kiteb fit-tul mhux ħazin biex jispjega x’inhuma r-regoli u l-proċeduri rigward ir-reġistrazzjoni u eliġibilita’ ta’ players. Kif jafu dawk kollha li jsegwu l-waterpolo, fis-sajf li għadda, waħda mill-kontroversji li nqalat kienet tirrigwarda l-eliġibilita’, jew aħjar in-nuqqas tagħha, ta’ żewġ players Taljani li lagħbu  ma’ San Ġiljan  fil-kampjontai tal-juniors. Il-kwistjoni kollha kienet dwar meta jagħlaq  iż-żmien biex-players jiġu reġistrati u b’hekk ikunu eliġġibli għal-logħob, jekk hux erbat ijiem qabel ma jibda l-kampjonat, jew erbat ijiem qabel logħba partikolari. Is-segretarju kiteb li     “L-ASA, skond l-Istatut, hija obbligata li taċċetta kull registration ta’ player li klabb jibgħat jekk din tkun mimlija u iffirmata kif suppost, u wara tinħareg il-Players ID Card fil-każ tal-age-groups. U daqshekk.  L-ASA ma’ għandha l-ebda obbligu iehor.”, imbagħad kompla “  Il-ħruġ tal-Cards huwa marbut mar-registration tal-player u mhux ma deċizjonijiet ta’ Bords, kif diġa spjegat u għalhekk  jiena ma’ stajtx nirrifjuta li noħroġ il-Cards meta ġejt mitlub min San Giljan biex nagħmel hekk”.

Tajjeb li kulħadd ikun jaf li meta tlaqqa’ l-Bord tal-protesti biex jisma l-protesti kemm ta’ Neptunes kif ukoll ta’ Sliema rigward dak li sostnejna kienet l-ineliġibbilita’ ta żewġ players Taljani ta’ San Ġiljan , ic-Chairman tal-bord, l-Avukat Peter Fenech kien talab lis-Segretarju Damato għar-registration tal-players in kwistjoni. Is-Segretarju Damato mhux talli ma kellux  dawn il-formoli lesti għall-ispezzjoni, meta kienet ovvja li kienu se jkunu l-ewwel haġa li l-Bord se jistaqsi biex jara, talli wara ħafna taqlib ta’ files u mumenti ta’ stennija mill-iktar imbarazzanti, kellu jammetti li ma setax isib ir-registration form ta’ wiehed mill-players! Il-konklużjoni hija awtomatika. Jew il-player ma kienx reġistrat, jew ir-registration form intilfet. Fiż-żewġ każi r-responabbilta’ għal dan in-nuqqas serju ma hija ta’ ħadd ħlief is-Segretarju D’Amato. Ta’ din kollu kienu xhieda, apparti l-membri tal-Bord, Damato u jien, is-Segretarju  ta’ Sliema ASC is-sur Tony Psaila, is-segretarju ta’ Neptunes is-sur Frans Lanzon, il-President ta’ San Ġiljan , Dr.Daniel Aquilina u l-President ta’ l-ASA inniffsu Dr. Austin Sammut.

Gara li tlett ijiem wara dan l-episodju, Neptunes kellhom loghba ohra kontra San Giljan u l-player li s-Segretarju ma sabx ir-registration form tieghu   is-Sibt, kellu l-card f’idejh it-Tlieta! Rilevanti wkoll il-fatt li l-Board kien idecieda li l-player kien ineliggibli.  La kien is-Segretarju stess li spjega li l-hrug tal-Cards huwa marbut mar-registration tal-player, forsi jista jispjegalna dak li sal-lum ghadu misteru, jigifieri kif player li skond hu stess, ma kellux registration tieghu , inhargitlu card? Konvenjentement, dan il-fatt essenzjali ma ssemma mkien minn Damato, u sal-gurnata tal-lum ghadu ma ndenjax ruhu jaghti spjegazzjoni cara ta’dan kollu.  Kien hemm registration jew le? Kien hemm u ntilfet? Fid-dawl ta’ dan kollu , kelli jew ma kellix ragun nilmenta li r-regoli gew injorati u rredikolati mis-segretarju? X’serjeta’ u efficjenza hi, ta’Segretarju ta’ assocjazzjoni li jigi mitlub registration form u jghid li ma sabhiex?  Terga u tghid, lanqas spjegazzjoni ma tinghata , imbaghad ghax tipprotesta u tilmenta, tigi sospiz u mmultat ukoll! Dan huwa biss episodju wiehed biss minn sensiela shiha, li fihom , minflok li il-clubs gew iggwidati u meghjuna bl-efficjenza li jistennew, minn ufficjal daqshekk importanti li suppost jaf ir-regoli fuq ponot subghajh, ghal kuntrarju, sabu min hawwad u gerfex kemm felah.

Nista nsemmi episodju iehor, li juri kemm Damato kien aggornat mar-regoli li suppost kien imexxina lkoll fuqhom. Proprju fl-ewwel partita tal-kampjonat tas-sajf li ghadda bejn Neptunes u Exiles, iz-zewg teams inkludew hmistax il-player fl-iskwadra taghhom , kif inhu permess fir-round preliminari. Ftit mumenti wara li nghatat il-formazzjoni lil ufficjali tal-mejda, dawn sejhu lil President ta’ Exiles u lili biex jghidulna, li Damato kien qalilhom li skond ir-regoli, kellhom jitnizzlu tlettax il –player mhux hmistax. Fuq l-insistenza taghna, l-ufficjali tal-mejda kellmu lis-Segretarju biex jghidulu li ahna konna qed ninsistu li stajna ninkludu 15 il-player fil-loghob tar-round preliminari. Wara li ccekkja ir-regoli, Damato spicca biex ikkonferma li fil-fatt stajna ninkludi hmistax il-player fil-formazzjoni! Din hija s-serjeta’ u l-kompetenza li kellu f-xogholu is-segretarju Damato.! Li regoli anki elementari lanqas kien jafhom u kellu jiccekkja x’kienu.

Anki fl-ittra tieghu , meta jsemmi il-kaz Ta’ Xbiex, hu stess jghid  li tela  fl-ufficju ma ufficjal ta’ Ta’ Xbiex biex jaraw “flimkien ir-regola tal-barrani fuq il-kompjuter”. Din tajba wisq! Fis-sena 2008, ir-regola tal-barranin kienet tali li kull club seta jkollu kemm irid players barranin fl-iskwadra tieghu, pero’ mhux iktar minn tnejn  li jkunu qeghdin fl-ilma waqt loghba. Qabel l-istagun 2009, din ir-regola inbidlet, u l-clubs ftehmu li jkunu jistghu jinkludu zewg players biss fil-formazzjoni taghhom, u ghadha hekk sal-lum.  Gara li ghal  l-ewwel loghba fil –kampjonat ta’  Ta’ Xbiex kontra Otters, l-ghawdxin inghataw parir minghand xi hadd    li setghu inizzlu iktar minn zewg players barranin fil-formazzjoni taghhom, kif fil-fatt ghamlu. Meta Ta’ Xbiex, gibdu l-attenzjoni qabel il-loghba, li dan kien ikun kontra r-regoli, fi kliem is-Segretarju stess, mar “jiccekkja r-regola fuq il-kompjuter”, li ma jista jfisser xejn hlief li ma kienx jaf ir-regola x’inhi, kif  fuq kollox,  kienu jafu l-clubs l-ohra kollha! Terga u tghid qed nitkellm fuq regola ta’ importanza fundamentali, kif inhu ovvju, ghax il-kontribut tal-players barranin kulhadd jaf kemm huwa importanti. Ma kienx bizzejjed! Meta fil-fatt iccekkja r-regola fuq il-kompjuter, is-segretarju lanqas hawn ma gabha zewg, ghas-semplici raguni li l-istatut ma kienx gie aggornat meta nbiddlet ir-regola fl-2009, u kien ghadu juri ir-regola tas-sena ta’ qabel! Ta’ min hi ir-responsabbilta’ li jigi emendat l-istatut? Nahseb li r-risposta hija ovvja ghal kulhadd. Imbaghad bil-wicc tost kollu, wara tahwida bhal din  li kienet biss tort ta l’inefficjenza tieghu, Damato ghandu wkoll l-ardir jitfa l-htija fuq l-ex President Ebejer!

D’Amato ilmenta wkoll li jien lanqas decizjoni tal-Kunsill ma accettajt u saqsa b’ liema dritt ippruvajt indawwar  id-decizjoni tas-sospensjoni tieghi. Il-kodici tad-dixxiplina ta’ l-ASA jistipula li decizjonijiet rigward dixxiplina ghandhom jittiehdu “mill-aktar fis” wara li jkun gara lk-kaz. Il-Kaz tieghi ittella ghad-dixxiplina xahrejn shah wara li gara! Kazijiet ta’ dixxiplina normalment jigu decizi fi zmien gimgha jew gimghatejn, izda ghal xi raguni , il-kaz tieghi dam xahrejn shah ma nstema, altru milli mill-aktar fis! Kien ghalhekk, li jiena tlabt li l-Kunsill jirrivedi d-decizjoni li ha kontrija. Incidentalment, it-talba tieghi ma gietx milquha. Id-data li fiha nstema l-kaz tieghi, b’kumbinazzjoni kbira inserta li kien fil-gimgha tal-laqgha generali annwali tan-Neptunes, halli b’hekk, jekk ikun hemm sospensjoini- kif fil-fatt gara- nigi mcahhad milli nikkontesta l-elezzjoni ghal kumitat. Ma kienx bizzejjed! Kif sar jaf bil-mozzjoni ta’ sfiducja fil-konfront tieghu, b’manuvri mill—aktar patetici, Damato ipprova jaghmel minn kollox biex icahhad id-dritt tal-vot kemm lin-Neptunes u anki lil IASIS fil-laqgha generali straordinarja.

F’haga wahda ghandu ragun pero’ Damato, li l-ahhar sena u nofs kienu tassew difficli. Difficli veru, ghalina li nippruvaw mmexxu l-clubs taghna u l-loghhba tal-waterpolo il-quddiem, ghax apparti l-problemi ta’ kuljum li wiehed jistenna meta jkun qed jamministra club, sibna regolarment problemi ta’ kull xorta kkawzati mill-inefficjenza u nuqqas ta’ hsieb minn uhud minn dawk li suppost li kienu qed imexxuna.

Hija kemmxejn ironika li s-Segretarju ghogbu jibghat l-ittra tieghu, ftit sighat biss wara li gie sfiducjat b’mod daqshekk car u b’vot kwazi unanimu, hlief ghal vot ta’ min forsi kellu xi pjacir li kellu jrodd lura lil Damato. U sakemm qed nikteb din l-ittra,  ghadu lanqas kellu d-dicenza jaghti r-rizenja tieghu wara disfatta bhal dik ! Hadd ma helisha mill-kritika tieghu… apparti fuqi, kellu xi jghid fuq l-ex President Ebejer, is-segretarja amministrattiva, dawk li qed jigu “wzati u lanqas biss jafu”, u fl-ahhar u mhux l-inqas, anki shabu stess ta’ l-Ezekuttiv. Tghid m’ghaddilux imqarr is-suspett, li forsi dawn in-nies kollha jista jkun li ghandhom xi ftit ragun, u hu xi ftit tat-tort?

Fl-ahhar mill-ahhar , iz-zejt kull ma jmur qed jitla f’wicc l-ilma, u  apparti l- ftit fatti li semmejt li  jaghtu stampa cara ta’ l-inefficejenza u inkompetenza li biha tmexxa s-Segretarjat ta’ l-ASA fl-ahhar xhur , zgur li  z-zmien itina parir dwar min huwa tassew egoist, arroganti u rresponsabbli.

Matthew Bonello

President Neptunes WPSC





Leave a comment