Matthew Asciak ikollu jiritra

Wednesday, December 19, 2018, 13:40

Matthew Asciak, li kien qed ifittex is-sitt rebħa konsekuttiva fil-BOV Tennis Masters Tournament 2018, kellu jirtira minħabba injury fi spalltu li ilha xxekklu għall-aħħar ftit xhur. Fl-ewwel logħba tiegħu, Asciak rebaħ l-ewwel set 6-3 kontra Liam Delicata, imma ma setax ikompli jilgħab u kellu jirtira

Fi grupp 2, Matthew Cassar Torreggiani kellu żewġ rebħiet dominanti fuq Matthew Griscti u Mark Gatt.

Il-kampjonat se jintlagħab matul din il-ġimgħa bil-finali mistennija tintlagħab il-Ħadd 23 ta ‘Diċembru 2018 fis-2.00pm





Leave a comment