Match-fixing ruins sports and damages the betting industry

Thursday, May 12, 2016, 20:52

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

MEP Therese Comodini Cachia hosts Malta Sports Journalists Association delegation for a series of high level meetings in Brussels

The fight against match-fixing and doping, the dual career of athletes and sports people and good governance in sports where the main topics discussed during a series of meetings held in Brussels for which a delegation from the Malta Sports Journalists Association attended. The event in Brussels was hosted by MEP Therese Comodini Cachia, member of the Culture and Education Committee (CULT) which is also responsible for Sport and Media.

The priorities of the EU sport policy were discussed with Yves Le Lostecque, Head of Sports Unit at the European Commission and with the cabinet of Tibor Navracsics, the European Commissioner responsible for Sport.

Therese Comodini Cachia who is EPP Group rapporteur on implementation procedures for Erasmus+ thanked the journalists for their efforts in promoting key priorities of sports. “Whereas sport remains a national competence, a more concerted effort was needed in the fight against match-fixing, doping and violence in sports.” Speaking on good governance in sports, the Maltese MEP stated that “Sport has a huge impact on children and youths and some sports persons are also role models, thus we need to ensure that sports is characterised by practices of good governance in the best interest of our society”.

Reacting following the meetings Charles Camenzuli, President of the Maltese Association for Sports Journalists pointed out that the meetings showed that sports integrity and good governance were on top of the EU agenda. He thanked MEP Therese Comodini Cachia for supporting the initiative, the first one of its sort for sport media representatives. He said that “The series of meetings also served to create more awareness on the role sport media can play vis-a-vis what the European Union has in stake for sport”.

The journalists also had the opportunity to meet MEP Theodoros Zagorakis the former football international who was captain of the Greece national team that won UEFA Euro in 2004; MEP Bogdan Wenta, a former international handball player who emphasised on the importance of sports for all along with healthy lifestyles and MEP Santiago Fisas Ayxelà, the former Minister for Sports in Spain who is currently co-chair of the Sports Intergroup at the European Parliament. The dual career of athletes and doping was discussed with the European Elite Athletes Association. During a meeting with the European Gaming and Betting Association (EGBA) it was pointed out that match-fixing damages the betting industry which was an important market in Malta and thus the fight against match fixing was vital for both sports and the relevant industry.

The delegation included Charles Camenzuli, Paul Grech, Christopher Cassar and Joanna Camilleri.

————————————————————————————————————————————————————-

Malti

It-tbagħbis fil-logħob jirrovina l-isports u jagħmel ħsara kbira lill-industrija tal-betting

L-Ewroparlamentari Therese Comodini Cachia tilqa’ delegazzjoni mill-Malta Sports Journalists Association għal laqgħat fi Brussell.

Il-ġlieda kontra t-tbagħbis fil-logħob, id-doping u l-karriera tal-isportivi u l-atleti u l-governanza tajba fl-isports kienu fost it-temi ewlenin li ġew diskussi waqt numru ta’ laqgħat fi Brussell ma’ ġurnalisti sportivi mill-Malta Sports Jounalists Association. Din l-attività fi Brussell saret taħt il-patroċinju tal-Ewroparlamentari Maltija Therese Comodini Cachia, li hija membru fil-kumitat għall-kultura u l-edukazzjoni fil-Parlament Ewropew (CULT), liema kumitat huwa wkoll responsabbli mill-isport u l-midja.

Il-prijoritajiet tal-politika Ewropea għall-isport ġew diskussi flimkien mal-Kap tat-taqsima Sport tal-Kummissjoni Ewropea, Yves Le Lostecque u l-membri tal-kabinett ta’ Tibor Navracsics, il-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-isport.
Therese Comodini Cachia, li hija rapporteur fl-implimentazzjoni tal-proċeduri tal-Erasmus+, irringrazzjat lil ġurnalisti għall-isforzi tagħhom biex jippromwovu l-prijoritajiet fl-isports. “Filwaqt li l-isport jibqa’ kompetenza tal-pajjiżi membri, jeħtieġ sforz kollettiv akbar fil-ġlieda kontra t-tbagħbis tal-logħob, id-doping u l-vjolenza”.

Meta kienet qed titkellem dwar il-governanza tajba fl-isport, Therese Comodini Cachia qalet li “l-isport iħalli impatt kbir fuq it-tfal u ż-żgħażagħ filwaqt li uħud iqisu l-isportivi bħala mudell u eżempju li fuqhom jimxu. Għalhekk jeħtieġ ukoll li nara li fl-isport ikun hemm governanza tajba bi prattiċi li jkunu fl-aħjar interess tas-soċjetà”.

Wara l-laqgħat, il-President tal-Malta Sports Journalists Association, qal li dawn il-laqgħat urew li l-integrità u l-governanza tajba fl-isport huma prijorità fl-aġenda tal-Unjoni Ewropea. Huwa rringrazzja lil Therese Comodini Cachia għall-appoġġ tagħha, l-ewwel waħda li qatt saret lir-rappreżentanti sportivi fil-midja.

Il-ġurnalisti kellhom ukoll l-opportunità li jiltaqgħu mal-Ewroparlamentari Theodoros Zagorakis, l-eksplejer tal-futbol, li mexxa lit-tim nazzjonali Grieg għar-rebħ tal-Euro fl-2004. Huma ltaqgħu wkoll mal-eksplejer tal-handball Bogdan Wenta u l-Ewroparlamentari Santiago Fisas Ayxelà, l-eks Ministru tal-Isport Spanjol, li fil-preżent huwa d-Deputat Ċermen tal-Intergroup tal-Isport fil-Parlament Ewropew. Il-karriera tal-atleti u d-dopingġew diskussi mal-European Elite Athletes Association. Waqt il-laqgħa mal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Logħob u l-Betting (EGBA), sar referenza kif it-tbagħbis fil-logħob qed iħalli impatt ferm negattiv fuq l-industrija tal-betting, li huwa settur importanti għall-ekonomija ta’ Malta.

Id-delegazzjoni Maltija kienet magħmula minn Charles Camenzuli, Paul Grech, Christopher Cassar u Joanna Camilleri.





Leave a comment