- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Masters: Jival jissoprendu lil Luxol

Posted By Sportinmalta On February 9, 2015 @ 4:21 pm In Featured,Football | No Comments

Fil-partiti li kelna din il-gimgha fil-MSV LIFE MASTERS LEAGUE, Jival issorpendew ghall-kollox lil Luxol u kisbu t-tielet rebha taghhom bl-iskor ta’ 7-4 b’Jean Pierre Abdilla ikun l-eroj taghhom jiskorja mhux anqas minn erba’ goals. Jival hargu b’determinazzjoni kbira u grinta u fixklu ghall-kollox lil Luxol li ma setghux jaqbdu art tul il-partita. Anthony D’Amato spikka ghal kollox ghall-Luxol b’erba’ goals ukoll. RABAT BOYS JIBQGHU JITTAMAW Bhal ma ghamlu fl-ewwel round, Rabat Boys kellhom rebha difficli kontra Zurrieq Wolves u kien biss fl-ahhar li regghu kisbu l-goals decisive ghal tlett punti importanti biex baqghu bic-cans li jittamaw f’xi zelqa minn Mqabba Masters li ghandhom issa sitt punti vantagg fl-ewwel post. Zurrieq kellhom partita tajba u zammew quddiem u kien biss fl-ahhar ghaxar minuti meta Rabat kisbu zewg goals biex qalbu r-rizultat. Kienet partita pjacevoli u interessanti sal-ahhar b’Carmel Azzopardi jispikka ghar-Rabat.

BANK OF VALLETTA JIKSBU L-EWWEL REBHA Bank of Valletta kisbu l-ewwel rebha tal-kampjonat meta ghebu lli sfida ta’ Attard Mealy 3-2 f’partita mimlija tenzjoni fejn ir-referee kellhu bicca xoghol difficli juri wkoll diversi karti sofor. Bank of Valletta kisbu l-goals taghhom fl-ewwel taqsima b’Attard ifallu diversi cansijiet tajba. Fit-tieni taqsima Attard kienu ahjar u naqsu l-margni b’zewg goals, izda sabuha difficli li jiksbu ghalinqas il-goal tad-draw, bil-BOV jghalqu tajjeb u il-goalkeeer Aldo Scardino li ha post ir-regolari Stephen Mizzi kellhu partita kbira..


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/masters-jival-jissoprendu-lil-luxol/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.