Massimo Cremona rebbieħ taċ-Challenge Cup

Friday, February 22, 2019, 10:24

Il-Ħadd li għadda ntlagħbet iċ-Challenge Cup bejn Massimo Cremona u Charlie Aquilina, fejn din il-logħba ferm akkanita spiċċat bl-iskor ta’2-2.  Ir-riżultat baqa’ l-istess anki wara l-ħin barrani u b’hekk il-logħba ġiet deċiża bl-għoti tax-‘shots’, fejn rebaħ Massimo Cremona 3-0.

Fi tmiem din il-ġimgħa, l-appuntament li jmiss huwa l-FISTF International Open ‘Citta Cospicua’, li ser jsir fil-Każin Banda San Ġorġ f’Bormla.





Leave a comment