Massimo Cremona jitlef it-Tazza tad-Dinja tat-Table Football bil-penalties

Monday, August 1, 2011, 13:03

minn Cristian Muscat

Fil-jiem li għaddew Massimo Cremona kien f’forma mill-aqwa meta ħa sehem fit-tazza tad-dinja tat-table football li saret ġewwa Palermo fi Sqallija fejn għamilha sal-finali iżda kien sfortunat li tilef bl-iskor ta’ 4 bi 2 wara l-għoti tal-penalties konra Massimiliano Nastasi wara l-iskor fil-ħin regolamentari kien dak ta’ 2 bi 2. F’ konfront ferm bilanċjat bejn iż-żewġ plejers, Cremona mar fil-vantaġġ wara biss 40 sekonda mill-ftuħ tal-logħba iżda t-Taljan għamel reazzjoni qawwija u tliet minuti biss wara bidel ir-riżultat favurih. Cremona għamel minn kollox biex iġib l-iskor indaqs iżda l-iskor baqa’ 2 b wieħed favur Nastasi sa tmiem l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima Cremona ddomina parti kbira mil-logħba u erba’ minuti mit-tmiem tagħha huwa rnexxielu jġib l-iskor indaqs u għalhekk il-logħba marret għall-ħin barrani bir-regola tal-golden goal. F‘ dan il-perjodu t’ 10 minuti Cremona kellu opportunita’ tad-deheb li jiskorja, iżda r-riflessi tajbin ta’ Nastasi żammew ir-riżultat intatt.

Għalhekk il-penalty shoots kienu meħtiega biex jiddeterminaw ir-rebbieħ ta’ din it-tazza tad-dinja fejn kif għidna Nastasi rnexxielu jirbaħ bl-iskor ta’ 2 b xejn biex ir-riżultat finali kien dak ta’ 4 bi 2. Din kienet it-tieni finali tat-tazza tad-dinja għal Cremona wara dik fil-Ġermanja lura fl-2006 fejn fid-darbtejnli huma ħareġ fuq in-naħa telliefa. Fis-sena li għaddiet huwa kien eliminat fis-semi finali ta’ din l-istess kompetizzjoni prestiġjuza mondjali fid-dinja tat-table footbal.

F’ kummenti li ta wara din il-fianli Cremona qal li kien ferm kuntent li rnexxielu jasal sal-finali tat-tazza tad-dinja għat-tieni darba fil-karriera tiegħu izda kien diżappuntat li tilef din il-finali minħabba li skond hu kien jimmeritah li jirbaħ din il-fianli. Huwa għalaq billi qal li għalkemm kien fuq in-naħa telliefa żgur li se tasal dik il-ġurnata meta finalment Massimo Cremona jirnexxielu jirbaħ it-titlu ferm prestiġjuz tat-tazza tad-dinja tat-table football.





4 Comments

  1. Nick says:

    Mela Table Football xi sport? What physical activity does it involve? Bending over?

    [Reply]

    Jason Pisani Reply:

    Iva Table Football (Subbuteo) huwa sport………. Fittex ghal definizzjoni tal-kelma “sport” u tasal wahdek ghala hu meqjus hekk. :)

    [Reply]

    Nick Reply:

    I still don’t consider it as a sport cause it doesn’t involve any physical activity. To me it’s a board game just like chess is.

    [Reply]

    Jason Pisani Reply:

    If for you, Chess is not a sport, than I really don’t know !!!!!!!

    Do you consider Darts, Pistol shooting, Snooker sports?.

Leave a comment