Massimo Cremona jirbaħ l-iSportMalta Award

Tuesday, February 1, 2011, 13:19
Massimo Cremona

Massimo Cremona

minn Christian Musact

Massimo Cremona kien il-protagonista fis-Serata tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali tas-Sibt li għadda hekk kif rebaħ l-unur SportMalta Award. Cremona plejer tat-table footbal, kellu rwol importanti fis-suċċess tat-tim Nazzjonali tat-table football fit-Tazza tad-Dinja s-sena li għaddiet liema Tazza tad-Dinja ntrebħet minn Malta.

Andre’ Schembri sar it-tieni footballer f’erba’ snin li rebaħ l-unur tall-Isportiv tas-Sena għas-sena 2010 fil-vot tal-ġurnalisti tal-iSport. Schembri segwa l-passi ta’ Michael Mifsud li rebaħ dan l-unur għall-Isportiv tas-sena lura fl-2007. Fin-nuqqas ta’ Andre’ Schembri li kien assenti f’ din is-serata minħabba li kellu logħba ta’ ħbiberija ma’ Ferencvaros, il-premju tiegħu, (it-Trofew Benny Pace), ingħata lil missieru, Eric Schembri. F’dan l-istaġun Schembri qed ikollu rwol importanti ma’ Ferencvaros li qedgħin jaspiraw li jirbħu t-titlu Ungeriż. L-istiker malti kien protagonitsa f’okkażjonijiet varji f’dan l-istaġun fejn saħansitra skorja żewġ hat tricks kif ukoll ġie vvuatat il-plejer tal-logħba f’ numru ta’ logħbiet.

It-tiratur William Chetcuti li rebaħ dan l-unur seba’ darbiet spiċċa fit-tielet post wara Massimo Cremona.

Min-naħa l-oħra t-titlu għall-isportiva tas-sena mar għand it-triatleta Danica Bonelo Spiteri. Bonello Spiteri li hija wkoll tabiba spiċċat it-tielet fil-kamjonati Amtaeur World time trial kif ukoll rebħet il-kategorija tagħha u spiċċat fil-ħames post overall fl-ITV World Series Triathlon li saru f’ Madrid is-sena li għaddiet. F’pajjiżna Bonello Spiteri għenet lit-tim nazzjoanli tat-triathlon jirbaħ il-midalja tad-deheb fil-kampjonat bi tħejjija għal-logħob tal-pajjżi ż-żgħar kif ukoll rebħet titli oħra fid-duathlon kif ukoll is-Super Sprint Triathlon. Il-plejer tal-basketball Rebecca Brincat Thoresesn li tilgħab barra minn Malta spiċċat fit-tieni post filwaqt li l-bowler Sue Abela spiċċat fit-tielet post.

Iċ-Champion tat-table tennis Daniel Bajada rebaħ it-trofew John Debattista fil-kategorija għall-aħjar atleta ta’ taħt is-17 -il sena fejn  l-għawwiema  Nikki Musact spiċċat fit-tieni post u l-plejer ta-isquash Colette Sultana spiċċat it-tielet.

Min-naħa l-oħra Fr. Hilary Taglaferro ingħata premju ta’ apprezzament għall-karriera twila tiegħu fil-ġurnaliżmu sportiv. Il-KMS ta’ rikonoxximent ukoll lill-mibki Michael Aquilina l-ewwel Chairperson tal-istess KMS, liema rikonoxximent ġie ppreżentat lis-Sinjura Aquilina fost applawż komwoventi.

Is-serata ta’ preżenzzjonijiet saret f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi il-Belt Valletta u kienet orgaznzata mill-Kunsill Malti għall-Isport flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sport. Fost il-lista ta’ mistiedna speċjali matul din is-serata spikka l-ism ta’ Jean Todt il-President tal-Assoċċjazzjoni internazzjonali tal-awtomobiliżmu l-FIA li wasal Malta iktar kmieni s-Sibt wara nofsinhar u ħalla Malta eżatt wara s-serata ta’ premjazjoni.

Fl-aħħar tas-setata, l-ex kap manigerjali tat-tim tal-formula 1 Ferrrai ħabbar ir-rebbieħ tal-Isportmalta Award, li kien kontesta mill-10 finalisti wara vot speċjali li nkluda wkoll lill-pubbliku ġenerali. It-trofew mar għand Massimo Cremona.

L-unur għall-uffiċjal ta-Sena intrebaħ minn Silvio Catania li ġej ukoll mix-xena tat-table football. Huwa għeleb lir-Referee Esthter Azzoppardi bi 3 voti biss fil-votazzjoni li saret mill-ġurnalisti. Joe Caruana Curren spiċċa t-tielet. Jidher li s-Subbuteo, magħruf iktar bħala table football qed jikseb iktar popolarita’ f’pajjiżna hekk kif dan l-isport għamel double memorabbli s-Sibt li għadda hekk kif it-Tim nazzjonali tat-table football rebħu l-unur għat-tim tas-sena.





1 Comment

  1. Xlukkajr says:

    Proset kbira lil Andre Schembri! Zaghazuh dedikat u kapaci u mhux kisah jilab ghal flokk u dan jurih fil ground ghax mu Egojist xejn mhux billi jiskurja jaghti hafna blalen ukoll!!!!! Well Done habib

    [Reply]

Leave a comment