Marzouk ta’ Sliema rebaħ il-BOV Plejer tax-Xahar ta’ Marzu

Tuesday, April 16, 2019, 12:27

Younes Marzouk ta’ Sliema Wanderers huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Marzu 2019.

Marzouk huwa deskritt bħala plejer ta’ ħila kbira bil-ballun u ma jbatix taħt pressjoni speċjalment fl-attakk. Huwa għandu l-profil ta’ attakkant modern, kapaċi jilgħab kemm bħala attakkant kif ukoll fi rwol ta’ playmaker.

Il-plejer imwieled Franza u ma Sliema b’self minn FC Lugano kien protagonist ma’ Sliema f’Marzu fejn skorja 4 mit-8 gowls tiegħu inkluż wieħed importanti ħafna kontra l-kontendenti tal-kampjonati Hibernians.

Bi skor ta 1-0 fuq Hibernians, Marzouk irċieva l-ballun minn corner qasir fil-41 minuta u b’xutt angolatissimu tefa fix-xibka u ħalla lil Jovivic iħares .

Fil-partita preċedenti ta’ Sliema kontra l-Mosta, Marzouk skorja 2 mit-3 gowls ta’ Sliema, l-ewwel wieħed bir-ras u t-tieni b’xutt qawwi fi triqthom lejn rebħa ta’ 3-1.

Marzouk poġġa ismu wkoll fuq l-iscoresheet kontra Hamrun, b’gowl mill-isbaħ fejn ukoll ġie vvutat bħala l-Plejer tal-Logħba.

Charles Azzopardi, Eżekuttiv PR & Marketing fi ħdan il-Bank of Valletta ippreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Marzu 2019 lil Marzouk li għażel l-Ursuline Creche biex jibbenefikaw mid-donazzjoni relatata ma’ dan il-premju.





Leave a comment