- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Marvels Power Plus viċin sorpriża

Posted By sportinmalta1 On January 15, 2018 @ 6:15 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Starlites GIG 48

Balkan Fusion 76

(8-18)(7-18)(13-19)(20-21)

Balkan Fusion irritornaw għar-rebħ wara li għelbu lil Startlites GIG 76-48. Starlites kienu mingħajr Miguel Vella u Anthony Schembri fil-waqt li Balkan irkupraw xi players li kienu nieqsa fl-aħħar partita bħal Ivan Kumric, Alex Perunicic u Nikola Stankovic. Starlites kellhom l-ewwel vantaġġ ta’ 4-2 qabel ma Balkan wieġbu b’run ta’ 10-0 bil-punti ta’ Stankovic u Seergi Jorba. Wara punti ta’ Ian Felice Pace għal Starlites, Balkan komplew b’sitt punti biex temmew l-ewwel sessjoni 18-8 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Balkan komplew iżidu l-vantaġġ b’diversi punti ta’ Perunicic u kellhom breaks qosra ta’ 7-0 u 6-0 biex daħlu jistrieħu 36-15 minn fuq.

Wara l-intervall, Starlites fetħu bil-punti ta’ Ryan Carabott però Balkan komplew b’run oħra ta’ 10-2. Starlites waqqfuhom bil-punti ta’ Julian Wait però trippla ta’ Nemanja Radicevic għalqet il-perjodu favur Balkan fuq skor ta’ 55-23. Il-ftuħ tal-aħħar taqsima kien aktar bilanċjat bi Starlites ikollhom it-trippli ta’ Isaac Pace u Felice Pace. Lejn it-tmiem, Balkan reġgħu żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Stankovic flimkien ma’ Miroslav Stejaponvic biex ħadu r-rebħa 76-48.

Starlites: O. Psaila 2, M. Azzopardi 2, L. Vella, I. Felice Pace 12, M. Scerri 4, R. Carabott 8, J. Attard 3, I. Pace 7, J. Wait 6, A. Xuereb 4.

Balkan Fusion: N. Radicevic 9, M. Stjepanovic 5, B. Ilic 6, S. Opojevlic 2, A. Perunicic 22, S. Jorben 3, Z. Stankovic 3, N. Stankovic 20.

Referees: Nicky Azzopardi, Stephen Micallef.

Gżira Athleta 84

Siġġiewi 68

(22-10)(14-15)(22-23)(26-20)

Gżira Athleta kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat din id-darba kontra Siġġiewi 84-64. Għal xi ħin Siġġiewi żammew il-pass mall-avversarji għalkemm Athleta kienu dejjem minn fuq. Siġġiewi kellhom diversi players lura bħal JP Antonic, Gabriel Agius u Konstantinos Arvanitakis però kien nieqes Lee Grech. Athleta kienu mingħajr Juanito Falzon iżda rkupraw lil Joshua Aquilina. Athleta ħadu l-ewwel vantaġġ 11-3 wara punti ta’ Nathan Xuereb li kellhu trippla flimkien ma’ Francesco Mifsud Bonnici u Miguel Gauchi Montaldo. Siġġiewi rrispondew b’żewġ baskets qabel ma Athleta kellhom aktar punti din id-darba minn Stefan Vincic għal skor ta’ 22-10. Fit-tieni taqsima Xuereb kellhu trippla oħra qabel ma Siġġiewi kellhom diversi punti minn Alex Novakovic u naqqsu d-distakk għal sitt punti 25-31. Qabel intemmet it-taqsima, Xuereb kellhu t-tielet trippla biex Athleta daħlu jistrieħu 36-25 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Athleta feħu b’erba’ punti però Siġġiewi kellhom run ta’ 10-3 minn Hubert Agius u Novakovic u reġgħu resqu viċin. Athleta kellhom il-punti ta’ Luca Stefanovic li kellhu wkoll trippla biex għal darb’oħra fetħu vantaġġ komdu 58-48. Fl-aħħar taqsima, Athleta serrħu rashom mir-riżultat meta bdew b’run ta’ 15-3 bi trippla ta’ Xuereb u punti minn Aquilina u Mifsud Bonnici. Siġġiewi tħabtu biex inaqqsu d-distakk u kellhom tlett trippli konsekuttivi minn Antoncic u Novakovic però kienu għadhom ‘l bogħod u Athleta rebħu l-partita 84-68.

Gżira Athleta: J. Neto 6, F. Mifsud Bonnici 16, B. Bartolo, R. Zammit, L. Stefanovic 9, M. Gauchi Montaldo 6, N. Xuereb 26, J. Aquilina 2, K. Schembri, S. Vincic 15, J. Ransley 2, M. Cilia 2.

Siġġiewi: J. Carter, JP Antoncic 3, M. Baldacchino, J. Anastasi 8, H. Agius 7, G. Agius 4, R. Alosco 8, A. Novakovic 26, C. Bezzina, R. Camilleri, K. Arvanitakis 8, O. Shamala 4.

Referees: Gordon Barbara, Miklos Rajzki.

Deprio 75

Victoria Libertas 64

(20-13)(27-16)(11-15)(17-20)

Depiro ħadu r-raba’ rebħa tal-kampjonat u żammew l-ewwel post. Huma għelbu lil Victoria Libertas wara li kienu diġa għelbuhom fis-shield. Depiro kellhom lura lil Myron Agius però kien nieqes Kurt Xuereb fil-waqt li għal Libertas kien hemm id-debutt ta’ Wayne Spiteri li fil-passat lagħab fl-ewwel diviżjoni ma’ Athleta u Luxol. Wara baske fuq kull naħa, il-partita ħadet svolta favur Depiro li għamlu run ta’ 13-0 bi trippla ta’ Adam Chomo u punti ta’ Agius u Jack Nygaard. Libertas waqqfuqhom b’baskets minn Michel Farrugia u Sean Mizzi u komplew bi break ta’ 7-0 għal skor ta’ 20-13. Fit-tieni perjodu, Depiro fetħu b’run oħra ta’ 8-2 u wara kien hemm baskets fuq kull naħa biex Depiro baqgħu 9 minn fuq 32-23. Depiro kellhom aktar trippli minn Nygaard u Andy Attard biex daħlu jistrieħu 47-29 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, Libertas bdew bi break qasir ta’ 7-2 bil-punti ta’ Emanuel Lupo u Bernard Soler. Huma komplew jersqu viċin bil-punti ta’ David Agius biex id-distakk niżel għal 11 –il punt. Nygaard għal darb’oħra bi trippla żied il-vantaġġ ta’ Depiro reġa’ żdied għal 14 –il punt 58-44. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni Depiro fetħu b’run ta’ 10-0 iżda Libertas irrispondew b’run ta’ 16-3 bil-punti ta’ Farrugia li għamel trippla flimkien ma’ Lupo, Agius u Mizzi. Għal darb’oħra kien hemm 11 –il punt jifirdu liż-żewġ timijiet però Depiro kkontrollaw tajjeb fl-aħħar minuti u ħadu r-rebħa 75-64.

Depiro: J. Vibe 2, M. Brincat 3, A. Magri, M. Agius 14, A. Attard 3, N. Grech 4, J. Camilleri, A. Chomo 18, M. Borg 9, J. Nygaard 22, M. Debattista.

Victoria Libertas: D. Garcia, M. Farrugia 17, M. Sammut 1, K. Galea, N. Petrucci 6, S. Mizzi 5, P. Caruana, W. Spiteri 2, E. Lupo 15, V. Barbu, D. Agius 18,  B. Soler 8.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Marvels Power Plus 72

Luxol 75

(14-16)(15-20)(17-25)(27-14)

Fl-isbaħ partita tal-ġurnata, Luxol tħabtu ħafna aktar milli mistenni biex finalment għelbu lil Marvels Power Plus 75-72. Marvels kellhom l-aħjar wirja tal-istaġun u għandha timlijhom bil-kuraġġ għal partiti li ġejjin. Huma kellhom ir-ritorn ta’ Nicolo Guida u Luke Azzopardi fil-waqt li Luxol kellhom nieqes lil Ben Caruana Montaldo. Luxol fetħu tajjeb bit-trippli ta’ Vukassin Jandric u Michael Sjoberg bil-Marvels jirrispondu permezz ta’ Marco Majic u Christian Briffa. Trippla fuq kull naħa ħalliet lil Luxol basket minn fuq fi tmiem l-ewwel sessjoni 17-15. Fit-tieni perjodu Jandric kompla b’żewġ three pointers oħra però Marvels żammew il-pass bil-punti ta’ Guida u Majic. Luxol għaddew minn fażi tajba permezz ta’ Keith Dimech li għamel 8 punti konsekuttivi b’żewġ trippli flimkien m’oħra ta’ Juan Navarro biex daħlu jistrieħu 36-23 minn fuq.

Fit-tielet perjodu, Luxol dehru se jieħdu kontroll tal-partita meta għamlu run ta’ 13-3 kważi kollha minn Dimech u fetħu vantaġġ ta’ 18 –il punt 49-31. Marvels ma ċedewx u bdew jirrispondu għal punti li sofrew però Luxol xorta baqgħu b’vantaġġ ta’ 15 –il punt 61-45. Fl-aħħar taqsima l-partita sbieħet ferm u Marvels baqgħu jippersistu u trippla ta’ Azzopardi rathom inaqqsu d-distakk għal 8 punti 57-65. Luxol għamlu 4 punti oħra minn Jandric però Marvels komplew jagħfsu b’run oħra ta’ 10-0 u waslu sa’ basket ‘l bogħod  67-69. Luxol dehru maħsuda u trippla ta’ Azzopardi poġġiet lil Marvels fuq quddiem 72-71 fl-aħħar minuta. Basket ta’ Sjoberg reġa’ poġġa lil Luxol fuq quddiem u Marvels ma skurjawx fl-attakk ta’ wara u Luxol serrħu rashom b’żewġ free-throws ta’Jandric u ħarġu rebbieħa 75-72.

Marvels Power Plus: G. Borg, N. Guida 24, M. Majic 20, R. Curmi, D. Debattista, D. Verebies, L. Azzopardi 8, A. Morris, C. Briffa 20, K. Mizzi, D. Borg, K. Magri.

Luxol: L. Djoric, L. Caruana Montaldo, V. Jandric 28, P. Cefai 2, K. Dimech 33, C. Calleja, M. Sjoberg 7, J. Navarro, M. Steenkamer.

Referees: Nicky Azzopardi, Kamil Dworniczak.

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Depiro

4

4

0

8

299

253

Luxol

4

4

0

8

301

285

Balkan Fusion

4

3

1

7

306

204

Victoria Libertas

5

1

4

6

258

325

Gżira Athleta

3

2

1

5

212

176

Hibernians

3

2

1

5

208

191

Siġġiewi

4

1

3

5

252

293

Startlites

4

1

3

5

235

279

Marvels Power Plus

5

0

5

5

283

348

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/marvels-power-plus-vicin-sorpriza/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.