Marvels Power Plus itemmu l-ewwel round fit-tieni post

Wednesday, November 30, 2016, 20:05

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Starlites 47

Marvels Power Plus 72

(18-13)(6-16)(8-22)(15-21)

Starlites kellhom bidu nkoraġġanti fejn saħansitra rebħu l-ewwel sessjoni però Marvels Power Plus mal-ħin bdew jibnu vantaġġ u b’run qawwija fit-tielet sessjoni ħadu l-partita f’idejhom. Huma kisbu t-tielet rebħa tal-kampjonat biex spiċċaw l-ewwel round fit-tieni post taħt Athleta. Starlites fetħu l-partita bit-three pointers ta’ Mirco Azzopardi u b’Marvels ikollhom xi turnovers, huma żammew il-vantaġġ. Huma kellhom ukoll trippla oħra minn Alex Perunicic  biex temmew l-ewwel sessjoni 18-13 minn fuq. Fit-tieni perjodu Marvels bdew jirkupraw speċjalment bil-punti ta’ Clayton Camenzuli flimkien ma’ David Garcia u Jonathan Ransley biex dawwru l-iskor u daħlu jistrieħu 29-24 minn fuq.

Wara l-intervall, Marvels komplew bl-istess ritmu hekk kif bdew b’seba’ punti mingħajr risposta. Starlites kellhom risposta bit-tielet trippla ta’ Azzopardi però hawn Marvels kellhom run oħra ta’ 9-0 bil-punti ta’ Darryl Pisani u Ruben Curmi fost l-oħrajn għal skor ta’ 51-32. L-aħħar taqsima fetħet bi break ta’ 9-0 minn Starlites li wasslithom sa’ 12 –il punt ‘l bogħod 41-53. Hawn però Marvels kellhom run oħra ta’ 12-2 biex serrħu rashom mir-riżultat u ħarġu rebbieħa 72-47.

Starlites: A. Barthet, M. Azzopardi 12, L. Vella 2, C. Doublet 2, M. Vella, I. Pace, A. Perunicic 11, A. Xuereb 5, A. Cutajar 2, Q. Bugeja 9, A. Cutajar 4.

Marvels Power Plus: M. Fenech 2, D. Pisani 13, R. Curmi 4, D. Debattista, C. Camenzuli 13, D. Garcia 16, C. Briffa 11, S. Sammut 2, J. Ransley 11.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Igor Marjanovic.

Siġġiewi St. Nicholas 46

Mellieħa Tritones 55

(12-13)(7-21)(14-17)(13-4)

Mellieħa Tritones pattew għall-eleminazzjoni mill-BOV Knock-out kontra l-istess Siġġiewi meta ħadu t-tieni rebħa fil-kampjonat biex qabżuhom fil-klassifika. Siġġiewi kellhom nieqes lil Keith Scicluna fil-waqt li Mellieħa kienu mingħajr Rihards Polis u Emanuel Lupo. Il-partita kellha bidu bilanċjat fejn iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin u kellha tkun trippla ta’ Ian Terribile li tat vantaġġ lil Mellieħa fi tmiem l-ewwel taqsima 13-12. Fit-tieni perjodu, Siġġiewi kisbu l-ewwel punti minn Hubert Agius però Mellieħa wieġbu bi break ta’ 11-0 li għalquh bit-tieni trippla ta’ Terribile. Wara żewġ baskets oħra minn Siġġiewi, Mellieġa wieġbu b’run oħra ta’ 10-0 bi trippli minn Michel Farrugia u Terribile biex daħlu jistrieħu 34-19 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Mellieħa komplew iżidu l-vantaġġ tagħhom hekk kif bdew ġejjin il-punti ta’ Robert Loporto flimkien ma’ Terribile. Siġġiewi wieġbu bil-punti ta’ Gabriel Agius però l-vantaġġ ta’ Mellieħa baqa’ għoli hekk kif huma temmew il-perjodu 51-33 minn fuq. Fl-aħħar taqsima, Mellieħa naqqsu r-ritmu u għalkemm Siġġiewi rkupraw b’run ta’ 10-2 xorta ma kienx biżżejjed għalijhom biex isalvaw il-partita biex Mellieħa ħadu r-rebħa 55-46.

Siġġiewi St. Nicholas: L. Grech 5, JP Antoncic, N. Xuereb, H. Agius 13, G. Agius 9, R. Alosco 7, S. Opojevlic 7, R. Camilleri 2, R. Camilleri 1, J. Camilleri, K. Arvanitakis 2.

Mellieħa Tritones: M. Farrugia 15, J. Vibe 6, J. Muscat 2, R. Loporto 8, I. Terribile 16, B. Aquilina 2, D. Miani 2, C. Grixti 2,, B. Soler 2, I. Curmi.

Referees: Mikkos Rajczi, E. Ozpolat.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Athleta

4

4

0

8

279

196

Marvels Power Plus

4

3

1

7

234

223

Mellieħa Mr. Green

4

2

2

6

219

181

Siġġiewi St. Nicholas

4

1

3

5

207

199

Starlites

4

0

4

4

138

278





Leave a comment