Martin Davis (St Andrews FC) jirbaħ il-BOV Plejer tax-Xahar għal Novembru 2018

Friday, December 7, 2018, 15:44

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ St Andrews FC, Martin Davis huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Novembru 2018.

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Ġamajkan kien bl-aktar mod ċar l-aqwa plejer fil-grawnd fir-rebħa ta’ 2-0 ta’ St Andrews fuq Balzan li jinsabu aktar ’il fuq fil-klassifika minnhom. Eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, Davis b’ħila kbira għeleb lill-plejer avversarju li kien qed jimmarkah u rnexxielu jqassam lil Atkinson li b’xutt b’saħħtu ra l-ballun jispiċċa fix-xibka. Il-ġirjiet veloċi tiegħu bid-dħul fil-kaxxa tat-tim avversarju esponew il-fraġilità tad-difiża ta’ Balzan u wassluh għat-titlu tal-Plejer tax-Xahar.

Davis fetaħ l-iskor fid-draw ta’ 3-3 ta’ St Andrews kontra Pieta Hotspurs, meta b’ġirja fuq il-lemin u minn tqassima jitfa’ l-ballun fix-xibka.

Davis irċieva t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Novembru 2018 mingħand Charles Azzopardi, Kap Eżekuttiv tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta. Id-donazzjoni ta’ karità mill-Bank of Valletta marret għand il-Creche tal-Ursolini fuq ix-xewqa tal-plejer.

 





Leave a comment