Martin Borg konfermat segretarju ta’ l-ASA

Friday, January 21, 2011, 18:34

minn Cristian Muscat

Is-Sur Martin Borg ġie konfermat bħala s-Segretarju l-ġdid tal-ASA waqt laqgħa ġenerali straordinarji li saret f’ Hal-Lija l-bieraħ. L-appointment ta’ Segretarju ġdid kienet it-tema prinċipali fuq l-agenda tal-laqgħa tal-bieraħ. Ma kienx hemm bżonn elezzjoni minħabba li Borg, ex membru fil-kunsill ta l-ASA ta’ Neptunes kien l-uniku kandidat għal din il-kariga u n-nominazzjoni tigħu kienet unanimament approvata fil-lagħqa ġenerali straordinarja.

Borg jissuċċedi lis-Sur Remy D’ Amato li rriżenja minn segretarju ta l-ASA lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet. Ukoll il-bieraħ Alan Bonello ġie appuntat bħala l-Viċi President ta l-ASA responasabbli mill-Waterpolo. Huwa ħa jkun qed jissuċċedi lis-Sur Joe Agius Ruggier. Borg u Bonello ħa jkunu qegħdin jaħdmu mill-vicin ma’  Joe Caruana Curran li ha l-Presidenza tal-ASA minn idejn Dr. Austin Sammut li rriżenja wkoll lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet.





Leave a comment