Marsaxlokk pass milli jiffirmaw il-ħames barrani

Monday, July 26, 2010, 11:58

Neale McDermott ħalla impressjoni tajba fil-kamp Xlukkajr hekk kif dawn lesti jiffirmaw il-ħames barrani tagħom wara li kkonfermaw il-Galabov, Alcorse, Yantchev u Effiong. Dan il-midfielder avvanzat jidher li huwa plejer b’saħtu li jitħabat għat-tim u kien għallhekk li impressjona lil kowċ Patrick Curmi u l-kumitat ta’ Marsaxlokk FC li wara jumejn offrew kuntratt lil McDermott.

Dan il-plejer diġa ġie hawn Malta meta kien hawn għal trial ma Dundee United u jidħer li gzejjer Maltin ħallew impressjoni tajba. Huwa  iben Terry McDermott li kien jilghab ma Liverpool FC. Neale beda il-karriera tiegħu ma Newcastle u Fulham u għad għandu ħamsa u għoxrin sena.

Intant Sliema Wanderers FC ikkonfermaw l-erbgħa barranin tagħhom li huma Obifuele, Szentpeteri, Souare, u Aldinho.

Wara li Hibernians FC sellfu lil Ben Camilleri lil Qormi FC sorsi qrib il-klabb qalulna li tefaw għajnejhom fuq iz-zgħazugħ ta San Ġwann  Steven Pisani, magħruf ukoll bħala n-Nene. Ħal Qormi intant għandhom żewġ Polakki għal trial u jidher li mpressjonaw lil kowċ Stephen Azzopardi.

Hemm xnijat persistenti mill klan Belti li qegħdin jireferulna li Bueno qiegħed viċin ħafna li jingħaqad mat-tim tal-kapitali ta Malta. Nistennew u naraw…





4 Comments

  1. andy says:

    Neale Mcdermott, iben Terry Mcdermott …mmmmmm jekk saqajh tajbin ghall inqas 10% daqs ta missieru , allura dan il plejer Stilla !

    [Reply]

  2. EMAN says:

    OQODU OHOLMU LI BUENO GEJ MAKOM , ANTKOM XI CANS , DAK MANA BIS JIGI BYE BYE

    [Reply]

  3. DCT says:

    Ma tridx tghid li mhux veru huxxxx????? iwa s’issa hekk jidher imma tistghu ma tifthemux ukoll hux kif gralkom mal barrani mhux billi money no prob ax il braziljan kien inghogob…………

    [Reply]

  4. city boys says:

    lol bueno lol

    wait and see sandro

    [Reply]

Leave a comment