Marsaxlokk jibqghu minghajr punti

Wednesday, June 26, 2013, 16:40

Otters Nivea irregistraw l-ewwel rebha taghhom u hallew lil Marsaxlokk minghajr punti meta huma rebhulhom bl-iskor ta` 11-9. l-ewwel sessjoni intemmet 4-2 fejn mill-ewwel Otters urew l-intenzjonijiet taghhom fejn huma skurjaw 4 goals. Min naha taghhom Marsaxlokk irnexxilhom jiskurjaw darbtejn permezz ta`  Kurt Grech u Peter Kovacs.

Fit-tieni sessjoni Marsaxlokk skurjaw 4 darbiet fejn ghalihom spikka Peter Kovacs li skorja 3 darbiet. Otters wiegbu darba biss f`din is-sessjoni permezz ta` Ianout Necsulescu, biex b`hekk ghalqet din is-sessjoni 4-1.

It-tielet sessjoni kienet iktar bilancjata fejn Otters rebhu 2-1 bil-goals jasslu minn Nesculescu u Karl Scicluna, waqt li ghall-Marsaxlokk skorja Peter Kovacs. Sa tmiem din is-sessjoni kien rizultat ta`parita u kellha tkun l-ahhar sessjoni li tiddetermina fejn ser tmur il-partita.

Ir-raba u l-ahhar kienet favur t-team ta` Otters fejn huma rebhu bl-iskor ta` 4-2 fejn ghalihom rega spikka Nesculescu li skorja darbtejn, Marsaxlokk wiegbu permezz ta` Gordon Zammit u Peter Kovacs. Skor finali Otters 11 Marsaxlokk 9.





Leave a comment