Marsaxlokk ghat-tielet divizjoni?

Tuesday, September 3, 2013, 13:43

Marsaxlokk kisbu l-licenzja sabiex dan l-istagun huma jippartecipaw fil-kampjonat tal-ewwel divizjoni. Marsaxlokk jinsabu f`sitwazzjoni finanzjarja prekarja immens illi zgur ser twassal biex il-club ma jkunx kapaci jonora l-fixtures tal-kampjonat tal-ewwel divizjoni. Hija ghalhekk ix-xewqa ta`Marsaxlokk F.C. ili jibdew pagna gdida u jippartecipaw fil-kampjonat tat-tielet divizzjoni.

Fl-opinjoni tal-Kumitat Ezekuttiv, tenut kont illi kemm il-kampjonat tal-ewwel divizjoni kif ukoll il-kampjonat tat-Tielet divizjoni ghadhom ma bdewx, il-Laqgha Generali Straordinarja ghandha taccetta li Marsaxlokk F.C. jinhargu mill-kampjonat tal-ewwel divizzjoni u jikkompetu minn dan l-istagun fil-kampjonat tat-tielet divizzjoni.

Fl-opinjoni tal-Kumitat Ezekuttiv il-kompozizzjoni tal-kampjonati taghha ghal dan l-istagun ghandhom ikunu if gej:

BOV L-Ewwel Divizjoni 13-il team

Bov It-Tieni Divizjoni 14-il team

Bov It-Tielet Divizjoni 14-il team.

Il-promozzjonijiet u r-relegazzjonijiet ghandhom ikunu kif gej:

Mill-kampjonat tal-Ewwel Divizjoni jigu promossi zewg timijiet fil-BOV Premier League, waqt li zewg timijiet mill-kampjonat premier jigu relegati ghall-ewwel divizjoni. Dan ifisser li l-ewwel zewg timijiet li jigu klassifikati fl-ewwel divizjoni jigu promossi ghall-Premier,waqt li l-ahhar zewg timijiet klassifikati fil-Premier jigu relegati ghall-ewwel Divizjoni.

Mill-BOV it-Tieni Divizjoni jigu promossi tliet timijiet ghall- BOV L-ewwel divizjoni,filwaqt li jigu relegati ghat-Tielet Divizjoni tliet timijiet. Dan ifisser li l-ewwel tliet timijiet li jispiccaw fil-ewwel tliet postijiet jigu promossi, waqt li l-ahhar tliet timijiet li jispiccaw fil-klassifika jigu relegati.

Mill-BOV it-Tielet Divizjoni jigu promossi l-ewwel tliet timijiet ghall-kampjonat tat-Tieni Divizjoni.

Ghaldaqstant din il-Laqgha Generali Tirrizolvi illi:

Il-club membru Marsaxlokk jinghata l-permess illi minn dan l-istagun 2113-14 ma jikkompetix fl-Ewwel Divizjoni,izda jikkompeti fit-Tielet Divizjoni. F`liema kampjonat Marsaxlokk ser ikollhom xorta wahda jiskontaw pieni li gew inflitti lilhom mill- organi tal-MFA kompetenti,inkluza dik tat-tnaqqis ta` tmien punti inflitta mill-board tal-licenzji tal-MFA.

Din id-decizjoni mistennija li tittiehed iktar tard illum.





1 Comment

  1. James says:

    Aw xi żbalji f’dan l-artiklu.

    L-aħħar żewġ timijiet klassifikati fil-Kampjonat BOV tal-Ewwel Divizjoni jigu relegati għall-Kampjonat BOV tat-Tieni Divizjoni MHIX MSEMMIJA.

    U mill-Kampjonat BOV tat-Tielet Divizjoni jiġu promossi l-ewwel ERBA’ timijiet u MHUX l-ewwel tlieta għall-Kampjonat BOV tat-Tieni Divizjoni.

    Grazzi ħafna. 

    [Reply]

Leave a comment