Marsaxlokk FC jipprotestaw wara l-punt li tnaqqsilhom

Saturday, May 5, 2012, 14:07

Il-Kumitat ta` Marsaxlokk F.C. iħoss li għandu jirrispondi għall-punt li tnaqqas għalxejn lill-klabb ta` Marsaxlokk. Il-Punt li tnaqqas huwa ghaliex l-M.F.A. qalet li il-club ma hallasx lil Emiliano Lattes sat-30 t`April 2012. Il-klabb u l-player innfisu jiċħdu dan kollu. Membru tal-kumitat taghna u Emiliano ntaqghu fit-30 t`April filghaxija biex il-jaghttih flusu. Dan sar u Lattes iffirma l-ircevuta. Dak il-hin l-ufficju ta` l-M.F.A. kien mghaluq u l-ghada meta kienet festa l-M.F.A. kienet mghaluqa ukoll, izda il-kumitat fl-1 ta` Mejju bagħat email lil Joe Gauci, Louis Micallef u lil Bjorn Vassallo biex jinfurmahom li l-pagament sar fil-hin u saqsihom lil min irid itiha l-irċevuta iffirmata min Lattes.

Il-club baqa’ bla risposta u l-Hamis flghaxija irċieva email mingħand l-M.F.A. fejn tgħid li l-klabb tnaqqaslu punt. Il-klabb ma jistax jemmen kif jirċievi din l-email min ġo l-M.F.A. min ghand persuna li flok irrisponda lil min irid jagħti l-ircevuta bagħtlu li tnaqqaslu l-punt. Meta t-Tezorier mar jghamel complain illum qalulu li l-M.F.A. tghalaq fis-7.

Fid-deċiżjoni ma kien hemm l-ebda ħin, izda kien hemm sat-30 t`April. Is-segretarju Joe Gauci jwiegeb lit-Teżorier li l-emails ma jikkalkulahomx. Il-Club ihoss li din hi attitudni ta` jekk ma jgħaddix mill-bieb jgħaddi mit-tieqa, għax membru fl-M.F.A. ried bilfors inaqqas 3 punti lil Marsaxlokk fuq deċiżjoni li il-club qatt ma rcieva u dan gie ippruvat fil-kunsill ta` l-M.F.A. li qatt ma rceviha u l-membru ried bilfors inaqqas it-3 punti lil Marsaxlokk, iżda la ma rnexxiex min hemm irnexxilu jghamilha min banda ohra fuq haga sfaccatament cara b`ircevuta iffirmata bil-plejer stess jikkonferma dan. Il-Kumitat b`dispjaċir jgħid li fl-M.F.A. hemm tant nies li qed jagħmlu ġid lit-timijiet, iżda b`din l-attitudni ittappan dak il-ġid kollu li xi wħud mill-amministrazzjoni qegħdin jagħmlu.

Il-ħin sas-7 ma tantx iħoss li hi skuża tajba għaliex il-membri tal-kumitat ġieli rcievew telefonata mill-M.F.A. wara s-7.

Il-Klabb kellu sat-30 t`April u żamm mad-data.

Il-Klabb se jagħmel minn kollox biex din id-deċizjoni farsa, tinstema fil-Bureau u fil-kunsill tal-M.F.A.

 

 





Leave a comment